+Artikolu 23 Pjanijiet ta’ prestazzjoni u miri ta’ prestazzjoni għal servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru
---+Artikolu 23 1
---+Artikolu 23 2
---+Artikolu 23 3
---+Artikolu 23 4
---+Artikolu 23 5
---+Artikolu 23 6
---+Artikolu 23 7
---+Artikolu 23 8
---+Artikolu 23 9
---+Artikolu 23 10
---+Artikolu 23 11
|
Artikolu 23 Pjanijiet ta’ prestazzjoni u miri ta’ prestazzjoni għal servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 23 1
|
1. L-Istati Membri għandhom, għal kull perjodu referenzjarju, jadottaw abbozz ta’ pjan ta’ prestazzjoni, skont dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 23 2
|
2. Il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru deżinjati skont l-Artikoli 8 u 10 għandhom, għal kull perjodu referenzjarju u għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru li jipprovdu u, fejn applikabbli, jakkwistaw mingħand fornituri oħra, iħejju inputs għall-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni u jissottomettuhom lill-awtorità superviżorja nazzjonali.
L-awtorità superviżorja nazzjonali tista’ titlob li dawk l-inputs ikunu fil-forma ta’ abbozz ta’ pjan ta’ prestazzjoni.
Tali inputs għandhom jitħejjew mill-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru ddeżinjati skont l-Artikoli 8 u 10 wara l-istabbiliment ta’ miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha, fi żmien debitu biex l-awtorità superviżorja nazzjonali tkun tista’ tikkonforma mal-limitu ta’ żmien stipulat fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 23 3
|
3. Meta jiġu deżinjati f’konformità mal-Artikolu 10, il-fornituri tas-servizzi tal-MET għandhom jipprovdu wkoll inputs fuq il-bażi tal-kost tagħhom lill-awtorità superviżorja nazzjonali.
|
|
Artikolu 23 4
|
4. L-inputs, ipprovduti mill-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru ddeżinjati skont l-Artikoli 8 u 10 taħt il-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu rigward l-allokazzjoni tal-kostijiet inklużi fil-pjanijiet ta’ prestazzjoni għandhom ikunu bbażati fuq il-prinċipji ġenerali msemmija fl-Artikolu 21(4), il-punt (l).
|
|
Artikolu 23 5
|
5. L-awtorità superviżorja nazzjonali għandha tirrieżamina l-informazzjoni pprovduta minn kull fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru ddeżinjat skont l-Artikoli 8 u 10, taħt il-paragrafi 2, 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu, u għandha tapprovaha, jew, fejn ikun il-każ, għandha tagħmel il-bidliet meħtieġa. Sussegwentement, abbażi ta’ dik l-informazzjoni u, jekk xieraq, inputs minn awtoritajiet nazzjonali oħra, l-awtorità superviżorja nazzjonali għandha tħejji abbozz ta’ pjan ta’ prestazzjoni nazzjonali uniku. Dak l-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni nazzjonali għandu jiġi adottat mill-Istat Membru.
L-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni għandu jitħejja mill-awtorità superviżorja nazzjonali qabel il-bidu tal-perjodu referenzjarju kkonċernat.
|
|
Artikolu 23 6
|
6. L-awtoritajiet superviżorji nazzjonali għandhom jiżguraw li l-allokazzjoni tal-kostijiet inklużi fl-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni tikkonforma mal-prinċipji ġenerali msemmija fl-Artikolu 21(4), il-punt (l) meta jkunu qed iħejju l-pjanijiet ta’ prestazzjoni.
|
|
Artikolu 23 7
|
7. Bl-għan li jittejjeb il-livell ta’ prestazzjoni tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru, diversi Stati Membri jistgħu jiżviluppaw pjan konġunt ta’ prestazzjoni għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru en route u, kif xieraq, għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru fit-terminal. Dan il-pjan għandu mill-inqas ikopri d-durata ta’ perjodu referenzjarju wieħed, jinkludi mill-inqas mira ta’ prestazzjoni konġunta waħda u jinvolvi kooperazzjoni transfruntiera. Il-kooperazzjoni transfruntiera tista’ tinkludi akkwist konġunt bil-ħsieb li jittejbu l-interoperabbiltà u l-governanza konġunta sabiex jiġi ottimizzat l-użu tal-ispazju tal-ajru.
|
|
Artikolu 23 8
|
8. L-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 għandu jinkludi l-informazzjoni rilevanti, b’mod partikolari t-tbassir tat-traffiku u d-data operazzjonali, ipprovduti mill-EUROCONTROL u mill-Maniġer tan-Network jew, jekk xieraq u ġustifikat u wara konsultazzjoni mal-utenti tal-ispazju tal-ajru u mal-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru kkonċernati, previżjonijiet oħra tat-traffiku.
Meta tkun qed tħejji l-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni, l-awtorità superviżorja nazzjonali għandha tikkonsulta lir-rappreżentanti tal-utenti tal-ispazju tal-ajru u, meta rilevanti, lill-awtoritajiet militari, lill-operaturi tal-ajruporti, lill-koordinaturi tal-ajruporti kif ukoll lill-awtorità kompetenti nazzjonali mingħajr preġudizzju għall-arranġamenti nazzjonali li jirriżultaw mill-Artikolu 4(5) ta’ dan ir-Regolament. Il-konformità mar-Regolament (UE) 2018/1139 u mal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu għandha tiġi vverifikata.
|
|
Artikolu 23 9
|
9. L-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni għandu jkun fih, kif xieraq, miri ta’ prestazzjoni għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru en route fl-oqsma ewlenin ta’ prestazzjoni msemmija fl-Artikolu 21(3), il-punt (a), b’konsistenza mal-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha, kif ukoll miri ta’ prestazzjoni għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru fit-terminal, fl-oqsma ewlenin ta’ prestazzjoni tal-kosteffiċjenza u tal-kapaċità u, soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 21(3), il-punt (c)(iii), fil-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tal-klima u tal-ambjent. L-abbozzi tal-pjanijiet ta’ prestazzjoni għandhom jinkludu deskrizzjoni dwar kif jiġu applikati l-prinċipji ġenerali msemmija fl-Artikolu 21(4), il-punt (l), għall-allokazzjoni ta’ tali kostijiet komuni.
L-abbozzi tal-pjanijiet ta’ prestazzjoni għandhom iqisu l-Pjan Regolatorju Ewropew tal-ATM, l-interdipendenzi bejn l-oqsma ewlenin ta’ prestazzjoni msemmija fl-Artikolu 21(3), il-punt (a), u ċ-ċirkostanzi lokali.
|
|
Artikolu 23 10
|
10. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 52(3), l-abbozzi tal-pjanijiet ta’ prestazzjoni adottati għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku.
|
|
Artikolu 23 11
|
11. L-abbozzi tal-pjanijiet ta’ prestazzjoni adottati għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni għall-valutazzjoni u l-approvazzjoni f’konformità mal-Artikolu 24.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.11.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R2803
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|