5. L-awtorità superviżorja nazzjonali għandha tirrieżamina l-informazzjoni pprovduta minn kull fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru ddeżinjat skont l-Artikoli 8 u 10, taħt il-paragrafi 2, 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu, u għandha tapprovaha, jew, fejn ikun il-każ, għandha tagħmel il-bidliet meħtieġa. Sussegwentement, abbażi ta’ dik l-informazzjoni u, jekk xieraq, inputs minn awtoritajiet nazzjonali oħra, l-awtorità superviżorja nazzjonali għandha tħejji abbozz ta’ pjan ta’ prestazzjoni nazzjonali uniku. Dak l-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni nazzjonali għandu jiġi adottat mill-Istat Membru.
L-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni għandu jitħejja mill-awtorità superviżorja nazzjonali qabel il-bidu tal-perjodu referenzjarju kkonċernat.