+Artikolu 24 5

Artikolu 24 5

5.   Meta, wara li tkun wettqet l-eżami dettaljat, il-Kummissjoni ssib li l-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni adottat jissodisfa dawk il-kriterji u l-kundizzjonijiet moqrija flimkien mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, hija għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni biex tapprovah. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 48(2).

Meta l-Kummissjoni ssib li l-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni adottat ma jissodisfax dawk il-kriterji u l-kundizzjonijiet, hija għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni fil-forma ta’ deċiżjoni, li jitlob lill-Istat Membru kkonċernat jippreżenta abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni li jikkonforma ma’ dawk il-kriterji u l-kundizzjonijiet, u, fejn rilevanti, jistabbilixxi l-miżuri korrettivi li għandhom jittieħdu minn dak l-Istat Membru. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(3).

L-Istat Membru kkonċernat għandu jikkomunika lill-Kummissjoni l-miżuri li jkun ħa skont dik id-deċiżjoni, kif ukoll informazzjoni li turi li dawk il-miżuri huma konformi ma’ dik id-deċiżjoni.

Meta l-Kummissjoni ssib li dawk il-miżuri huma suffiċjenti biex tiġi żgurata l-konformità mad-deċiżjoni tagħha, hija għandha tinnotifika lill-Istat Membru kkonċernat b’dan u tadotta att ta’ implimentazzjoni l-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 48(2).

Meta l-Kummissjoni ssib li dawk il-miżuri mhumiex biżżejjed biex jiżguraw il-konformità mad-deċiżjoni, hija għandha tinnotifika lill-Istat Membru kkonċernat.

Il-Kummissjoni għandha tieħu, fejn xieraq, azzjoni biex tindirizza n-nonkonformità, inkluż permezz ta’ azzjonijiet previsti fl-Artikolu 258 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.11.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R2803
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.