3. Fil-kontabbiltà interna tagħhom, il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru għandhom iżommu kontijiet separati għal kull servizz tan-navigazzjoni bl-ajru kif ikunu meħtieġa jagħmlu kieku dawn is-servizzi jitwettqu minn impriżi separati bil-ħsieb li jevitaw id-diskriminazzjoni, is-sussidju inkroċjat u d-distorsjoni tal-kompetizzjoni. Fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru għandu jżomm ukoll kontijiet separati għal kull attività meta:
|
(a)
|
jipprovdi servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru akkwistati f’konformità mal-Artikolu 11(1) u 11(2) u servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru mhux koperti minn dik id-dispożizzjoni;
|
|
(b)
|
jipprovdi servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u jwettaq attivitajiet oħra, ta’ kwalunkwe tip, inkluż CIS;
|
|
(c)
|
jipprovdi servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru fl-Unjoni u f’pajjiżi terzi.
|
Il-kostijiet iddeterminati u l-kostijiet reali li jirriżultaw mis-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru għandhom jinqasmu f’kategoriji tal-kostijiet f’konformità mal-Artikolu 30(6) u għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 52(3).