+Artikolu 36 Trasparenza tal-kontijiet tal-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru
---+Artikolu 36 1
---+Artikolu 36 2
---+Artikolu 36 3
---+Artikolu 36 4
|
Artikolu 36 Trasparenza tal-kontijiet tal-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 36 1
|
1. Il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru, indipendentement mis-sistema ta’ sjieda jew l-istrutturi legali tagħhom, kull sena għandhom ifasslu u jippubblikaw il-kontijiet finanzjarji tagħhom. Dawn il-kontijiet għandhom jikkonformaw mal-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà adottati mill-Unjoni.
Meta, minħabba l-istatus legali tal-fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru, il-konformità sħiħa mal-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà ma tkunx possibbli, il-fornitur għandu jikseb din il-konformità sal-punt massimu possibbli. Il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru għandhom jippubblikaw rapport annwali u jgħaddu regolarment minn awditjar indipendenti għall-kontijiet imsemmija f’dan il-paragrafu.
|
|
Artikolu 36 2
|
2. L-awtoritajiet superviżorji nazzjonali għandu jkollhom id-dritt li jaċċessaw il-kontijiet tal-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru taħt is-superviżjoni tagħhom. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jagħtu aċċess lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali ta’ Stati Membri oħrajn għal dawn il-kontijiet. Fejn meħtieġ biex il-Kummissjoni tkun tista’ twettaq il-kompiti tagħha skont dan ir-Regolament, l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali għandhom jipprovdu din l-informazzjoni lill-Kummissjoni.
|
|
Artikolu 36 3
|
3. Fil-kontabbiltà interna tagħhom, il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru għandhom iżommu kontijiet separati għal kull servizz tan-navigazzjoni bl-ajru kif ikunu meħtieġa jagħmlu kieku dawn is-servizzi jitwettqu minn impriżi separati bil-ħsieb li jevitaw id-diskriminazzjoni, is-sussidju inkroċjat u d-distorsjoni tal-kompetizzjoni. Fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru għandu jżomm ukoll kontijiet separati għal kull attività meta:
|
(a)
|
jipprovdi servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru akkwistati f’konformità mal-Artikolu 11(1) u 11(2) u servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru mhux koperti minn dik id-dispożizzjoni;
|
|
(b)
|
jipprovdi servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u jwettaq attivitajiet oħra, ta’ kwalunkwe tip, inkluż CIS;
|
|
(c)
|
jipprovdi servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru fl-Unjoni u f’pajjiżi terzi.
|
Il-kostijiet iddeterminati u l-kostijiet reali li jirriżultaw mis-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru għandhom jinqasmu f’kategoriji tal-kostijiet f’konformità mal-Artikolu 30(6) u għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 52(3).
|
|
Artikolu 36 4
|
4. Id-data finanzjarja rrappurtata f’konformità mal-Artikolu 29(6) u informazzjoni oħra rilevanti għall-kalkolu tar-rati unitarji għandha tiġi awditjata jew ivverifikata mill-awtorità superviżorja nazzjonali jew minn entità indipendenti tal-fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru kkonċernat u approvata mill-awtorità superviżorja nazzjonali. Il-konklużjonijiet ta’ dak l-awditu għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 52(3).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.11.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R2803
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|