+Artikolu 9
---+Artikolu 9 1.
---+Artikolu 9 2.
---+Artikolu 9 3.
---+Artikolu 9 4.
---+Artikolu 9 5.

Artikolu 9

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 9 1.
L-eu-LISA għandha tiddisinja, tiżviluppa, tospita u tamministra mil-lat tekniku, f’konformità mal-Artikoli 25 u 26, router sabiex jiġi ffaċilitat it-trasferiment tad-data kriptata tal-API u ta’ data oħra tal-PNR mit-trasportaturi bl-ajru lill-PIUs f’konformità ma’ dan ir-Regolament.
Artikolu 9 2.

Ir-router għandu jkun magħmul minn:

(a) 

infrastruttura ċentrali, li tinkludi sett ta’ komponenti tekniċi li jippermettu l-wasla u t-trażmissjoni tad-data kriptata tal-API u data oħra tal-PNR;

(b) 

kanal ta’ komunikazzjoni sigur bejn l-infrastruttura ċentrali u l-PIUs, u kanal ta’ komunikazzjoni sigur bejn l-infrastruttura ċentrali u t-trasportaturi bl-ajru, għat-trasferiment u t-trażmissjoni tad-data tal-API u data tal-PNR oħra u għal kwalunkwe komunikazzjoni relatata magħhom, kif ukoll għad-dħul mill-Istati Membri ta’ titjiriet magħżula kif imsemmi fl-Artikolu 12(4) fir-router u kwalunkwe aġġornament relatat;

(c) 

kanal sigur biex tiġi riċevuta data dwar it-traffiku tat-titjiriet f’ħin reali.

Artikolu 9 3.
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10 ta’ dan ir-Regolament, ir-router għandu, fejn xieraq u sa fejn ikun teknikament possibbli, jikkondividi u jerġa’ juża l-komponenti tekniċi, inklużi l-komponenti tal-hardware u tas-software, tas-servizz tal-web imsemmi fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2017/2226, il-portal għat-trasportaturi msemmi fl-Artikolu 6(2), il-punt (k), tar-Regolament (UE) 2018/1240 u l-portal għat-trasportaturi msemmi fl-Artikolu 45c tar-Regolament (KE) Nru 767/2008.

L-eu-LISA għandha tiddisinja r-router, sa fejn ikun possibbli mil-lat tekniku u operattiv, b’mod li jkun koerenti u konsistenti mal-obbligi tat-trasportaturi bl-ajru stabbiliti fir-Regolamenti (KE) Nru 767/2008, (UE) 2017/2226 u (UE) 2018/1240.

Artikolu 9 4.
Ir-router għandu, b’mod awtomatiku jislet id-data u jagħmilha disponibbli, f’konformità mal-Artikolu 39 ta’ dan ir-Regolament, għar-repożitorju ċentrali għar-rapportar u għall-istatistika (CRRS - central repository for reporting and statistics) stabbilit skont l-Artikolu 39 tar-Regolament (UE) 2019/818.
Artikolu 9 5.
L-eu-LISA għandha tfassal u tiżviluppa r-router b’mod li, għal kwalunkwe trasferiment ta’ data tal-API u data oħra tal-PNR mit-trasportaturi bl-ajru lir-router f’konformità mal-Artikolu 5, u għal kwalunkwe trażmissjoni ta’ data tal-API u data oħra tal-PNR mir-router lill-PIUs f’konformità mal-Artikolu 12 u lis-CRRS f’konformità mal-Artikolu 39(2), id-data tal-API u data oħra tal-PNR tkun kriptata minn tarf sa tarf matul it-tranżitu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0013
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.