+Artikolu 6 4
|
Artikolu 6 4
4. Sal-1 ta' Jannar 2028, il-Kummissjoni għandha, wara li tqis l-istandards żviluppati mill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni, tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 64 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi:
|
(a)
|
il-kriterji tad-disinn għar-riċiklaġġ u l-gradi tal-prestazzjoni tar-riċiklabbiltà abbażi tat-Tabella 3 tal-Anness II u l-parametri elenkati fit-Tabella 4 tal-Anness II għall-kategoriji tal-imballaġġ elenkati fit-Tabella 1 tal-Anness II; il-kriterji tad-disinn għar-riċiklaġġ u l-gradi tal-prestazzjoni tar-riċiklabbiltà għandhom jiġu żviluppati abbażi tal-materjal predominanti u għandhom:
|
(i)
|
iqisu l-kapaċità tal-iskart mill-imballaġġ li jiġi sseparat fi flussi differenti ta' materjal għar-riċiklaġġ, isseparat u riċiklat, sabiex il-materja prima sekondarja li tirriżulta tkun ta' kwalità suffiċjenti meta mqabbla mal-materjal oriġinali u tista' tintuża biex tissostitwixxi l-materja prima primarja għall-imballaġġ jew applikazzjonijiet oħra fejn tinżamm il-kwalità tal-materjal riċiklat, fejn fattibbli;
|
|
(ii)
|
iqisu l-proċessi stabbiliti ta' ġbir u ta' separazzjoni li diġà tħaddmu b'suċċess f'ambjent operazzjonali u li jkopru l-komponenti kollha tal-imballaġġ;
|
|
(iii)
|
iqisu t-teknoloġiji tar-riċiklaġġ disponibbli, il-prestazzjoni ekonomika u ambjentali tagħhom, inkluż il-kwalità tal-output, id-disponibbiltà tal-iskart, l-enerġija meħtieġa u l-emissjonijiet ta' gassijiet serra;
|
|
(iv)
|
fejn xieraq, jidentifikaw sustanzi ta' tħassib li jaffettwaw b'mod negattiv l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ ta' materjali fl-imballaġġ li fih ikunu preżenti;
|
|
(v)
|
fejn xieraq, jimponu restrizzjonijiet fuq il-preżenza ta' sustanzi ta' tħassib, jew ta’ gruppi ta' sustanzi bħal dawn, fl-imballaġġ jew fil-komponenti tal-imballaġġ għal raġunijiet mhux relatati primarjament mas-sigurtà kimika; tali restrizzjonijiet jistgħu jservu wkoll biex inaqqsu r-riskji inaċċettabbli għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent, mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet fuq is-sustanzi kimiċi stabbiliti fl-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jew, fejn applikabbli, ir-restrizzjonijiet u l-miżuri speċifiċi dwar il-materjali u l-oġġetti li jiġu f'kuntatt mal-ikel fir-Regolament (KE) Nru 1935/2004;
|
|
|
(b)
|
kif titwettaq il-valutazzjoni tal-prestazzjoni tar-riċiklabbiltà u tesprimi r-riżultat tagħha fi gradi tal-prestazzjoni tar-riċiklabbiltà għal kull unità tal-imballaġġ, f'termini ta' piż, inkluż kriterji speċifiċi għall-materjal u effiċjenza tas-separazzjoni, biex jiġi ddeterminat jekk l-imballaġġ għandux jitqies bħala riċiklabbli skont il-paragrafu 2;
|
|
(c)
|
deskrizzjoni, għal kull kategorija tal-imballaġġ elenkata fit-Tabella 1 tal-Anness II, tal-kundizzjonijiet għall-konformità mal-gradi ta' prestazzjoni tar-riċiklabbiltà rispettivi tagħhom;
|
|
(d)
|
qafas dwar il-modulazzjoni tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-produtturi biex jikkonformaw mal-obbligi tagħhom tar-responsabbiltà estiża tal-produttur kif jinsab fl-Artikolu 45(1), abbażi tal-gradi ta' prestazzjoni tar-riċiklabbiltà tal-imballaġġ.
|
Meta tadotta l-atti delegati msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, il-Kummissjoni għandha tqis ir-riżultati tal-valutazzjoni, jekk ikun hemm, imwettqa skont l-Artikolu 5(2).
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 64 biex temenda t-Tabella 1 tal-Anness II sabiex tadattaha għall-iżviluppi xjentifiċi u tekniċi fid-disinn tal-materjali u tal-prodotti, u għall-iżviluppi xjentifiċi u tekniċi fl-infrastruttura tal-ġbir, tas-separazzjoni u tar-riċiklaġġ. F’dawk l-atti delegati, il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi kriterji tad-disinn għar-riċiklaġġ għal kategoriji addizzjonali tal-imballaġġ jew toħloq subkategoriji fil-kategoriji elenkati fit-Tabella 1 tal-Anness II.
L-operaturi ekonomiċi għandhom jikkonformaw ma’ kriterji l-ġodda jew aġġornati tad-disinn għar-riċiklaġġ fi żmien 3 snin mid-dħul fis-seħħ tal-att delegat rilevanti.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 22.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0040
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|