6. Mill-1 ta' Jannar 2030, id-distributuri finali li jqiegħdu għad-dispożizzjoni x-xorb alkoħoliku u mhux alkoħoliku fl-imballaġġ għall-bejgħ fit-territorju ta' Stat Membru lill-konsumaturi għandhom jiżguraw li mill-inqas 10 % ta' dawk il-prodotti jitqiegħdu għad-dispożizzjoni f'imballaġġ riutilizzabbli f'sistema għall-użu mill-ġdid.
Mill-1 ta' Jannar 2040, l-operaturi ekonomiċi għandhom jagħmlu ħilithom biex jitqiegħdu għad-dispożizzjoni mill-inqas 40 % tal-prodotti msemmija fl-ewwel subparagrafu f'imballaġġ riutilizzabbli f'sistema għall-użu mill-ġdid.
Id-distributuri finali għandhom jiżguraw li l-prodotti fl-imballaġġ immanifatturati bil-marka tad-ditta tagħhom jikkontribwixxu fuq bażi ġusta u proporzjonata lejn il-kisba tal-miri stabbiliti f’dan il-paragrafu.