11. L-Istati Membri jistgħu jeżentaw lid-distributuri finali mill-obbligu li jilħqu l-miri stabbilti fil-paragrafi 6 jekk iż-żona tal-bejgħ tagħhom tkun tinsab fi gżira b'popolazzjoni ta' inqas minn 2 000 abitant.
L-Istati Membri jistgħu jeżentaw ukoll lid-distributuri finali mill-obbligu li jilħqu l-miri stabbiliti fil-paragrafu 6 jekk iż-żona tal-bejgħ tagħhom tkun tinsab f'muniċipalità b'densità tal-popolazzjoni ta' inqas minn 54 persuna/km2, madankollu, il-miri stabbiliti fil-paragrafu 6 għandhom japplikaw għad-distributuri finali b'żona tal-bejgħ f'ċentri tal-popolazzjoni b'aktar minn 5 000 abitant.
Jekk distributur finali li jkun ġie eżentat skont l-ewwel jew it-tieni subparagrafu jbigħ il-prodotti msemmija fil-paragrafu 6 f'imballaġġ riutilizzabbli, huwa għandu jirranġa biex jieħu lura tali imballaġġ f'konformità mal-paragrafu 9. Jekk id-distributur finali li jkun ġie eżentat skont l-ewwel jew it-tieni subparagrafu jkollu aktar minn żona tal-bejgħ waħda u waħda biss jew biss xi wħud minn dawk iż-żoni jkunu jinsabu fuq tali gżira jew f’tali muniċipalità, ix-xorb rilevanti mqiegħda għad-dispożizzjoni fit-territorju ta' Stat Membru f'tali żoni ta' bejgħ ma għandhomx jiġu kkalkulati għall-fini tal-ilħuq tal-miri stabbiliti fil-paragrafu 6.