+Artikolu 29 12

Artikolu 29 12

12.   L-Istati Membri jistgħu jippermettu lid-distributuri finali biex jiffurmaw aggregazzjonijiet għall-fini li jissodisfaw l-obbligi tagħhom stabbiliti fil-paragrafu 6, dment li kull aggregazzjoni:

(a)

ma taqbiżx aktar minn 40 % tas-sehem mis-suq tal-kategorija tax-xorb rilevanti;

(b)

tikkonsisti f'mhux aktar minn ħames distributuri finali; u

(c)

tkopri biss kategoriji ta' xorb imqiegħda għad-dispożizzjoni fit-territorju ta' Stat Membru mill-membri kollha tal-aggregazzjoni.

Il-kundizzjoni skont il-punt (b) ma tapplikax jekk id-distributuri finali joperaw taħt l-istess isem ta' ditta.

Meta Stat Membru jippermetti lid-distributuri finali jiffurmaw aggregazzjonijiet skont l-ewwel subparagrafu, kull aggregazzjoni għandha tipprovdi lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(a)

id-distributuri finali inklużi fl-aggregazzjoni; u

(b)

id-distributur finali maħtur bħala amministratur tal-aggregazzjoni u punt ta' kuntatt.

L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li tiġi pprovduta aktar informazzjoni kif meħtieġ għall-infurzar tal-obbligi skont il-paragrafu 6 flimkien ma' dan il-paragrafu.

Id-distributuri finali għandhom jiżguraw li l-arranġamenti ta' aggregazzjoni tagħhom jikkonformaw mal-Artikoli 101 u 102 TFUE. Mingħajr preġudizzju għall-applikabbiltà ġenerali tar-regoli ta' kompetizzjoni tal-Unjoni għal aggregazzjonijiet bħal dawn, il-membri kollha ta' aggregazzjoni għandhom b'mod partikolari jiżguraw li la l-kondiviżjoni tad-data u lanqas l-iskambju ta' informazzjoni, inkluż fir-rigward ta' data prospettiva dwar il-bejgħ, ma jseħħu fil-kuntest tal-arranġamenti tal-aggregazzjoni tagħhom, ħlief fir-rigward tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 30(2) ta' dan ir-Regolament.

Sal-1 ta' Jannar 2028, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 64 sabiex jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu u jispeċifikaw il-kundizzjonijiet dettaljati u r-rekwiżiti ta' rapportar li għandhom jiġu applikati għall-arranġamenti ta' aggregazzjoni msemmija f'dan il-paragrafu, b'kont meħud tat-tip u l-kwantità tal-imballaġġ li kull distributur finali jqiegħed fis-suq kull sena kalendarja u l-post fejn jinsabu d-distributuri finali.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0040
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.