+Artikolu 7 Dritt għall-portabbiltà tad-data għall-persuni fiżiċi
---+Artikolu 7 1
---+Artikolu 7 2
---+Artikolu 7 3
---+Artikolu 7 4
|
Artikolu 7 Dritt għall-portabbiltà tad-data għall-persuni fiżiċi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 7 1
|
1. Il-persuni fiżiċi għandu jkollhom id-dritt li jagħtu aċċess, jew li jitolbu lil fornitur tal-kura tas-saħħa jittrażmetti, id-data elettronika personali tas-saħħa kollha tagħhom jew parti minnha lil fornitur ieħor tal-kura tas-saħħa tal-għażla tagħhom immedjatament, mingħajr ħlas u mingħajr xkiel mill-fornitur tal-kura tas-saħħa jew mill-manifatturi tas-sistemi użati minn dak il-fornitur tal-kura tas-saħħa.
|
|
Artikolu 7 2
|
2. Il-persuni fiżiċi għandu jkollhom id-dritt, meta l-fornituri tal-kura tas-saħħa jkunu jinsabu fi Stati Membri differenti, li jitolbu t-trażmissjoni tad--data elettronika personali dwar is-saħħa tagħhom fil-format Ewropew għall-iskambju tar-rekords elettroniċi tas-saħħa msemmi fl-Artikolu 15 permezz tal-infrastruttura transkonfinali imsemmi fl-Artikolu 23. Il-fornitur tal-kura tas-saħħa riċeventi għandu jaċċetta tali data u għandu jkun jista’ jaqraha.
|
|
Artikolu 7 3
|
3. Il-persuni fiżiċi għandu jkollhom id-dritt li jitolbu fornitur tal-kura tas-saħħa biex jittrażmetti parti mid-data elettronika personali tas-saħħa tagħhom lil riċevitur identifikat b’mod ċar fis-settur tas-servizzi tas-sigurtà soċjali jew tar-rimborż. Tali tra’missjoni għandha tiġi mwettqa immedjatament, mingħajr ħlas u mingħajr xkiel mill-fornitur tal-kura tas-saħħa jew mill-manifatturi tas-sistemi użati minn dak il-fornitur tal-kura tas-saħħa, u għandha tkun f’direzzjoni waħda biss.
|
|
Artikolu 7 4
|
4. Meta l-persuni fiżiċi jkunu niżżlu kopja elettronika tal-kategoriji ta’ prijorità tagħhom ta’ data elettronika personali dwar is-saħħa f’konformità mal-Artikolu 3(2), huma għandhom ikunu jistgħu jittrażmettu dik id-data lill-fornituri tal-kura tas-saħħa tal-għażla tagħhom fil-format Ewropew għall-iskambju tar-rekords elettroniċi tas-saħħa msemmi fl-Artikolu 15. Il-fornitur tal-kura tas-saħħa riċeventi għandu jaċċetta tali data u għandu jkun jista’ jaqraha, kif applikabbli.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 05.03.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0327
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|