7. L-importaturi għandhom, wara talba motivata minn awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri kkonċernati, jipprovduhom bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex juru l-konformità ta’ sistema EHR. L-importaturi għandhom jikkooperaw ma’ dawk l-awtoritajiet, fuq talba tagħhom, u mal-manifattur u, fejn applikabbli, mar-rappreżentant awtorizzat b’lingwa uffiċjali tal-Istat Membru fejn tinsab l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq. L-importaturi għandhom jikkooperaw ma’ dawk l-awtoritajiet, fuq talba tagħhom, dwar kwalunkwe azzjoni meħuda biex is-sistemi ta’ EHR tagħhom jinġiebu f’konformità mar-rekwiżiti essenzjali marbuta ma’ dawk il-komponenti tas-software armonizzati kif stabbiliti fl-Anness II jew jiżguraw li s-sistemi ta’ EHR li ma jkunux f’konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti essenzjali jiġu msejħa lura jew irtirati.