+Artikolu 32 Obbligi tal-importaturi
---+Artikolu 32 1
---+Artikolu 32 2
---+Artikolu 32 3
---+Artikolu 32 4
---+Artikolu 32 5
---+Artikolu 32 6
---+Artikolu 32 7
---+Artikolu 32 8
---+Artikolu 32 9

Artikolu 32 Obbligi tal-importaturi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 32 1

1.   L-importaturi għandhom jintroduċu fis-suq tal-Unjoni biss sistemi ta’ EHR li jkunu konformi mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness II kif ukoll mal-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fl-Artikolu 36.

Artikolu 32 2

2.   Qabel ma jagħmlu sistema ta’ EHR disponibbli fis-suq, l-importaturi għandhom jiżguraw li:

(a)

il-manifattur ikun fassal id-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Artikolu 37 u d-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE;

(b)

il-manifattur ikun ġie identifikat u jkun ġie maħtur rappreżentant awtorizzat f’konformità mal-Artikolu 31;

(c)

is-sistema ta’ EHR ikollha l-markatura tal-konformità CE imsemmija fl-Artikolu 41 wara li tkun tlestiet il-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità;

(d)

is-sistema ta’ EHR tkun akkumpanjata mill-iskeda ta’ informazzjoni msemmija fl-Artikolu 38 u minn struzzjonijiet ċari u kompluti għall-użu, inkluż għall-manutenzjoni tagħha f’formati aċċessibbli.

Artikolu 32 3

3.   L-importaturi għandhom jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali rreġistrat jew it-trademark irreġistrata tagħhom, l-indirizz postali, is-sit web, l-indirizz elettroniku jew dettalji ta’ kuntatt diġitali ieħor li permezz tagħhom jistgħu jiġu kkuntattjati f’dokument li jakkumpanja s-sistema ta’ EHR. Id-dettalji ta’ kuntatt għandhom jindikaw punt uniku fejn jista’ jiġi kkuntattjat il-manifattur u għandhom ikunu b’lingwa li tista’ tinftiehem faċilment mill-utenti u l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq. L-importaturi għandhom jiżguraw li kwalunkwe tikketta addizzjonali ma taħbix jew ma tgħattix kwalunkwe informazzjoni pprovduta mill-manifattur li tidher fuq kwalunkwe tikketta oriġinali li hija prevista għas-sistema ta’ EHR.

Artikolu 32 4

4.   L-importaturi għandhom jiżguraw li, sakemm sistema ta’ EHR tkun taħt ir-responsabbiltà tagħhom, is-sistema ta’ EHR ma tiġix mibdula b’tali mod li l-konformità tagħha mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness II u maż kwalunkwe rekwiżit adottat skontf l-Artikolu 42 tkun ipperikolata.

Artikolu 32 5

5.   Meta importatur iqis jew ikollu raġuni biex jemmen li s-sistema ta’ EHR ma tkunx jew ma tkunx għadha konformi mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness II u bi kwalunkwe rekwiżit adottat skontl-Artikolu 42, dan ma għandux jagħmel dik is-sistemi ta’ EHRsistemi ta’ EHR disponibbli fis-suq, jew, jekk dik is-sistemi ta’ EHR kienet digà disponibbli fis-suq,għandu jsejjaħha lura jew jirtiraha, sakemm is-sistemi ta’ EHR ma tkunx saret konformi. fil-każ ta’ tali sejħa lura jew irtirar, l-importatur għandu jinforma dwar dan mingħajr dewmien żejjed lill-manifattur ta’ tali sistema ta’ EHR, lill-utenti u lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istat Membru li fih ikun għamel is-sistema ta’ EHR disponibbli fis-suqta’ tali sejħa lura jew irtirar, u jagħti dettalji, b’mod partikolari, tan-nuqqas ta’ konformità, u ta’ kwalunkwe miżura korrettiva meħuda,.

Meta importatur iqis jew ikollu raġuni biex jemmen li sistema ta’ EHR tippreżenta riskju għas-saħħa jew is-sikurezza ta’ persuni fiżiċi, dan għandu jinforma mingħajr dewmien bla bżonn lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istat Membru li fih dan ikun stabbilit l-importatur, kif ukoll lill-manifattur u, fejn applikabbli, lir-rappreżentant awtorizzat.

Artikolu 32 6

6.   L-importaturi għandhom iżommu kopja tad-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għall-perjodu msemmi fl-Artikolu 30(3) u jiżguraw li, fuq talba, id-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Artikolu 37 tkun tista’ ssir disponibbli għal dawk l-awtoritajiet.

Artikolu 32 7

7.   L-importaturi għandhom, wara talba motivata minn awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri kkonċernati, jipprovduhom bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex juru l-konformità ta’ sistema EHR. L-importaturi għandhom jikkooperaw ma’ dawk l-awtoritajiet, fuq talba tagħhom, u mal-manifattur u, fejn applikabbli, mar-rappreżentant awtorizzat b’lingwa uffiċjali tal-Istat Membru fejn tinsab l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq. L-importaturi għandhom jikkooperaw ma’ dawk l-awtoritajiet, fuq talba tagħhom, dwar kwalunkwe azzjoni meħuda biex is-sistemi ta’ EHR tagħhom jinġiebu f’konformità mar-rekwiżiti essenzjali marbuta ma’ dawk il-komponenti tas-software armonizzati kif stabbiliti fl-Anness II jew jiżguraw li s-sistemi ta’ EHR li ma jkunux f’konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti essenzjali jiġu msejħa lura jew irtirati.

Artikolu 32 8

8.   L-importaturi għandhom jistabbilixxu mekkaniżmi ta’ rapportar u jiżguraw li dawn ikunu aċċessabbli biex jippermettu lill-utenti jissottomettu lmenti u għandhom iżommu reġistru ta’ lmenti, ta’ sistemi ta’ EHR mhux konformi u ta’ sejħiet lura u irtirar tas-sistema ta’ EHR. L-importaturi għandhom jivverifikaw jekk il-mezzi ta’ lment stabbiliti skont l-Artikolu 30(1), il-punt (n), humiex disponibbli għall-pubbliku, jippermettux lill-utenti iressqu lmenti u jirċievu kwalunkwe komunikazzjoni li tikkonċerna kwalunkwe riskju relatat mas-saħħa u s-sikurezza tagħhom jew ma’ aspetti oħra tal-protezzjoni tal-interess pubbliku u jippermettu lill-utenti li jkunu infurmati dwar kwalunkwe inċident serju li jinvolvi sistema ta’ EHR. Fejn tali mezzi ta’ lment ma ġewx stabbiliti, l-importaturi għandhom jistabbilixxuhom u jqisu l-bżonnijiet ta’ aċċessibbiltà għal gruppi vulnerabbli u għall-persuni b’diżabbiltà.

Artikolu 32 9

9.   L-importaturi għandhom jinvestigaw u jsegwu l-ilmenti u l-informazzjoni li jirċievu dwar inċidenti li jinvolvu sistema ta’ EHR li jkunu għamlu disponibbli fis-suq. L-importaturi għandhom jirreġistraw dawk l-ilmenti, kwalunkwe -sejħa lura jewirtirar ta’ sistemi ta’ EHR u kwalunkwe miżura kollettiva li tkun ittieħdet biex is-sistema ta’ EHR tinġieb f’konformità, fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 30(1), il-punt (o), jew fir-reġistru intern tagħhom stess. L-importaturi għandhom iżommu lill-manifattur, lid-distributuri u, meta rilevanti, lir-rappreżentanti awtorizzati infurmati b’mod f’waqtu dwar l-investigazzjoni u s-segwitu tagħha mwettqa u dwar ir-riżultati tal-investigazzjoni u tas-segwitu tagħha..

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.03.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0327
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.