+Artikolu 60 Dmirijiet tad-detenturi tad-data dwar is-saħħa
---+Artikolu 60 1
---+Artikolu 60 2
---+Artikolu 60 3
---+Artikolu 60 4
---+Artikolu 60 5

Artikolu 60 Dmirijiet tad-detenturi tad-data dwar is-saħħa

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 60 1

1.   Detenturi tad-data dwar is-saħħa għandhom jagħmlu d-data elettronika dwar is-saħħa msemmija fl-Artikolu 51disponibbli fuq talba lill-korp tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa, f’konformità mal-permess tad-data maħruġ skont l-Artikolu 68, jew fuq talba għal data dwar is-saħħa approvata skont l-Artikolu 69.

Artikolu 60 2

2.   Id-detenturi tad-data dwar is-saħħa għandu jqiegħed id-data elettronika dwar is-saħħa mitluba għad-dispożizzjoni tal-korp tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa fi żmien raġonevoli u mhux iktar tard minn tliet xhur minn meta jirċievi t-talba mill-korp tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa. F’każijiet ġustifikati, il-korp tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa jista’ jestendi dak il-perjodu sa massimu ta’ tliet xhur.

Artikolu 60 3

3.   Id-detentur tad-data dwar is-saħħa għandu jikkomunika lill-korp tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa, deskrizzjoni tas-sett tad-data li jżomm f’konformità mal-Artikolu 77. Id-detentur tad-data dwar is-saħħa għandu, mill-inqas fuq bażi annwali, jivverifika li d-deskrizzjoni tas-sett tad-data tiegħu fil-katalgu tas-settijiet tad-data nazzjonali tkun preċiża u aġġornata.

Artikolu 60 4

4.   Meta tikketta tal-kwalità u tal-utilità tad-data takkumpanja s-sett tad-data skont l-Artikolu 78, id-detentur tad-data dwar is-saħħa għandu jipprovdi dokumentazzjoni suffiċjenti lill-korp tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa biex dak il-korp jivverifika l-akkuratezza tat-tikketta.

Artikolu 60 5

5.   Id-detenturi tad-data dwar is-saħħa ta’ data elettronika mhux personali dwar is-saħħa għandhom jipprovdu l-aċċess għad-data permezz ta’ bażijiet tad-data miftuħa affidabbli biex jiġi żgurat aċċess mhux ristrett għall-utenti kollha u l-ħżin u l-preservazzjoni tad-data. Il-bażijiet ta’ data pubbliċi miftuħa affidabbli għandu jkollhom fis-seħħ governanza robusta, trasparenti u sostenibbli u mudell trasparenti ta’ aċċess għall-utenti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.03.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0327
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.