+Artikolu 69 Talba għal data dwar is-saħħa
---+Artikolu 69 1
---+Artikolu 69 2
---+Artikolu 69 3
---+Artikolu 69 4
|
Artikolu 69 Talba għal data dwar is-saħħa
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 69 1
|
1. L-applikant għal data dwar is-saħħa jista’ jissottometti talba għad-data dwar is-saħħa għall-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 53 bil-għan li jikseb rispons f’format ta’ statistika anonimizzata biss. Korp tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa ma għandux jipprovdi rispons għal talba għal data dwar is-saħħa fi kwalunkwe format ieħor u l-utent tad-data dwar is-saħħa ma għandu jkollu l-ebda aċċess għad-data elettronika dwar is-saħħa użata biex jingħata dak ir-rispons..
|
|
Artikolu 69 2
|
2. Talba għal data dwar is-saħħa kif imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:
|
(a)
|
l-identità tal-applikant għal data dwar is-saħħa u deskrizzjoni tal-funzjonijiet i u l-attivitajiet professjonali ta’ dak l-applikant għal data dwar is-saħħa
|
|
(b)
|
spjegazzjoni dettaljata tal-użu maħsub tad-data elettronika dwar is-saħħa, inkluż l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 53(1) li għaliha tkun ġiet ippreżentata it-talba għal data dwar is-saħħa;
|
|
(c)
|
deskrizzjoni tad-data elettronika dwar is-saħħa mitluba, il-format tagħha u s-sorsi ta’ dawk id-data, fejn possibbli;
|
|
(d)
|
deskrizzjoni tal-kontenut tal-istatistika;
|
|
(e)
|
deskrizzjoni tas-salvagwardji ppjanati biex jiġi evitat kwalunkwe użu ħażin tad-data elettronika dwar is-saħħa rikjesta;
|
|
(f)
|
deskrizzjoni ta’ kif l-ipproċessar jikkonforma mal-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2016/679 jew l-Artikolu 5(1) u l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (UE) 2018/1725;
|
|
(g)
|
meta l-applikant għal data dwar is-saħħa jkollu l-ħsieb li jagħmel użu minn eċċezzjoni skont l-Artikolu 71(4), il-ġustifikazzjoni meħtieġa f’dak ir-rigward mil-liġi nazzjonali skont dak l-Artikolu.
|
|
|
Artikolu 69 3
|
3. Il-korp tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa għandu jivvaluta jekk it-talba għad-data dwar is-saħħa hijiex kompluta u jqis ir-riskji msemmija fl-Artikolu 68(2).
|
|
Artikolu 69 4
|
4. Il-korp tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa għandu jivvaluta t-talba għad-data dwar is-saħħa fi żmien tliet xhur minn meta tasal it-talba u, fejn possibbli, sussegwentement jipprovdi r-rispons lill-utent tad-data dwar is-saħħa fi żmien tliet xhur oħra.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 05.03.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0327
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|