4. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li jkunu ġew stabbiliti proċeduri biex il-produzzjoni tas-serje tibqa' konformi. Il-bidliet fid-disinn jew fil-karatteristiċi tal-prodott, kif ukoll il-bidliet fil-metodi ta' ttestjar li b'referenza għalihom tiġi ddikjarata l-konformità ta' prodott, għandhom jitqiesu b'mod adegwat.
Meta jitqies xieraq fir-rigward tal-prestazzjoni ta' deterġent jew aġent tensjoattiv, jew tar-riskji ppreżentati minnhom, il-manifatturi għandhom iwettqu testijiet ta' kampjuni ta' tali deterġent jew aġent tensjoattiv, jinvestigaw, u, jekk ikun meħtieġ, iżommu reġistru tal-ilmenti, ta' deterġenti jew aġenti tensjoattivi mhux konformi u tas-sejħiet lura ta' tali deterġenti jew aġenti tensjoattivi, u għandhom iżommu lid-distributuri informati dwar kwalunkwe monitoraġġ bħal dan.