+Artikolu 17 Rekwiżiti ġenerali tat-tikkettar
---+Artikolu 17 1
---+Artikolu 17 2
---+Artikolu 17 3
---+Artikolu 17 4
---+Artikolu 17 5
|
Artikolu 17 Rekwiżiti ġenerali tat-tikkettar
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 17 1
|
1. Id-deterġenti u l-aġenti tensjoattivi mqiegħda fis-suq f'imballaġġ individwali jew permezz ta' rikarika għandhom ikunu akkumpanjati minn tikketta.
|
|
Artikolu 17 2
|
2. Operatur ekonomiku li jqiegħed deterġent jew aġent tensjoattiv fis-suq direttament lil utent finali permezz ta' rikarika għandu jipprovdi lill-utent finali t-tikketta fiżika u l-mezz ta' data msemmija fl-Artikolu 21(2), punt (h), u għandu jiżgura li t-tikketta fiżika u l-mezz ta' data jkunu disponibbli għal kull imballaġġ li jerġa' jimtela b'deterġent jew aġent tensjoattiv.
|
|
Artikolu 17 3
|
3. It-tikketta tad-deterġenti u tal-aġenti tensjoattivi għandu jkun fiha l-informazzjoni speċifikata fil-Parti A tal-Anness V.
|
|
Artikolu 17 4
|
4. Minbarra l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, it-tikketta tad-deterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ għall-konsumatur, tad-deterġenti tal-magni tal-ħasil tal-platti awtomatiċi għall-konsumatur u tad-deterġenti għas-superfiċji tal-konsumatur għandu jkun fiha informazzjoni dwar id-dożaġġ f'konformità mal-Parti B tal-Anness V.
|
|
Artikolu 17 5
|
5. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 3 u 4 għandha tkun f'lingwa, waħda jew aktar, li tista' tinftiehem faċilment mill-utenti finali, kif determinat mill-Istat Membru kkonċernat, u għandha tkun leġġibbli, ċara, tinftiehem u intelliġibbli. It-tikketta għandha tkun aċċessibbli għal skopijiet ta' spezzjoni meta d-deterġent jew l-aġent tensjoattiv ikun mqiegħed fis-suq.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 02.03.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32026R0405
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|