|
+Preamble: 1 |
Preamble: 1Id-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2001 dwar l-istima ta' l-effetti ta' ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 175(1) tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali [2], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni [3], Li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat [4], fid-dawl tat-test konġunt approvat mill-Kumitat Konċiljattiv fil-21 ta' Marzu 2001, Billi: (1) L-Artikolu 174 tat-Trattat jipprovdi li l-politika tal-Komunità dwar l-ambjent għandha tikkontribwixxi, fost l-oħrajn, għall-preservazzjoni, il-protezzjoni u t-titjib tal-kwalità ta' l-ambjent, għall-protezzjoni tas-saħħa umana u l-użu prudenti u razzjonali tar-riżorsi naturali u li din tkun ibbażata fuq il-prinċipju ta' prekawzjoni. L-Artikolu 6 tat-Trattat jipprovdi li l-ħtiġiet dwar il-protezzjoni ta' l-ambjent għandhom ikunu integrati fit-tifsir tal-politika u l-attivitajiet tal-Komunità, b'mod partikolari bil-għan li jippromwovi żvilupp sostenibbli. (2) Il-Ħames Programm ta' Azzjoni Ambjentali: Lejn sostenibbilità - Programm tal-Komunità Ewropea ta' politika u azzjoni għar-rigward tal-ambjent u żvilupp sostenibbli [5], supplimentat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2179/98/KE [6] dwar ir-reviżjoni tiegħu, jikkonferma l-importanza li jkunu stmati l-effetti ambjentali li jista' jkun hemm minn pjanijiet u programmi. (3) Il-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika teħtieġ li l-Partijiet jintegraw kemm jista' jkun u kif jixraq il-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tad-diversità bijoloġika fi pjanijiet u programmi settorali u transettorali rilevanti. (4) L-istima ambjentali hi għodda mportanti biex ikunu integrati l-konsiderazzjonijiet ambjentali fil-preparazzjoni u l-adozzjoni ta' ċerti pjanijiet u programmi li x'aktarx ikollhom effetti sinifikanti fuq l-ambjent fl-Istati Membri, minħabba li din tassigura li dawn l-effetti ta' pjanijiet u programmi li jkunu ser jiġu mplimentati jkunu kkunsidrati matul il-preparazzjoni tagħhom u qabel l-adozzjoni tagħhom. (5) L-adozzjoni ta' proċeduri ta' stima ambjentali fil-livelli ta' ppjanar u programmar għandhom ikunu ta' benefiċċju għall-impriżi billi jipprovdulhom qafas aktar konsistenti li fih joperaw bl-inklużjoni ta' l-informazzjoni ambjentali rilevanti fit-teħid tad-deċiżjonijiet. L-inklużjoni ta' sett aktar wisa' ta' fatturi fit-teħid ta' deċiżjonijiet għandha tikkontribwixxi għal soluzzjonijiet aktar sostenibbli u effettivi. (6) Is-sistemi differenti ta' stima ambjentali li jitħaddmu fl-Istati Membri għandu jkollhom sett ta' ħtiġiet proċedurali komuni meħtieġa biex jikkontribwixxu għal livell għoli ta' protezzjoni ta' l-ambjent. (7) Il-Konvenzjoni tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewopa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Istima ta' l-Impatt Ambjentali f'Kuntest tat-Transkonfini tal-25 ta' Frar 1991, li jgħodd kemm għall-Istati Membri u kif ukoll għall-Stati oħra, tinkoraġġixxi lill-partijiet tal-Konvenzjoni sabiex japplikaw ukoll il-prinċipji tagħha għal pjanijiet u programmi; fit-tieni laqgħa tal-Partijiet tal-Konvenzjoni li saret f'Sofia fis-26 u s-27 ta' Frar 2001, ġie deċiż li jkun ippreparat Protokoll legali dwar stima ambjentali strateġika li tissupplimenta d-disposizzjonijiet eżistenti dwar l-istima ta' l-impatt ambjentali fil-kuntest tat-transkonfini, bil-għan li jkun jista' jiġi adottat fl-okkażjoni tal-5 Konferenza Ministerjali "L-Ambjent għall-Ewropa" f'laqgħa straordinarja tal-Partijiet tal-Konvenzjoni, li se ssir f'Mejju 2003 ġewwa Kiev, fl-Ukrajna. Is-sistemi li joperaw ġewwa l-Komunità għal stimi ambjentali ta' pjanijiet u programmi għandhom jassiguraw li hemm biżżejjed konsultazzjonijiet bejn it-transkonfini fejn l-implimentazzjoni ta' xi pjan jew programm li jkun preparat fi Stat Membru wieħed x'aktarx ikollu effetti sinifikattivi fuq l-ambjent ta' Stat Membru ieħor. L-informazzjoni dwar pjanijiet u programmi li għandhom effetti sinifikanti fuq l-ambjent ta' Stati oħra għandha tintbgħat fuq bażi reċiproka u ekwivalenti f'qafas legali xieraq bejn l-Istati Membri u dawn l-Istati l-oħra. (8) Għalhekk azzjoni fuq livell tal-Komunità hija meħtieġa sabiex ikun stabbilit qafas minimu ta' stima ambjentali, li jistabbilixxi l-prinċipji wisa' tas-sistema ta' stima ambjentali u jħalli d-dettalji għall-Istati Membri, billi jkun ikkunsidrat il-prinċipju tas-sussidjarjeta. L-azzjoni mill-Komunità m'għandhiex taqbeż dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fit-Trattat. (9) Din id-Direttiva hi ta' natura proċedurali, u l-ħtiġiet tagħha għandhom jew ikunu integrati fil-proċeduri eżistenti fl-Istati Membri jew inkorporati fi proċeduri stabbiliti speċifikament. Bil-għan li tkun evitata duplikazzjoni ta' stima, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw, meta jkun xieraq, il-fatt li stimi ser isiru f'livelli differenti ta' ġerarkija ta' pjanijiet u programmi. (10) Il-pjanijiet u l-programmi kollha li huma ppreparati għal numru ta' setturi u li jistabilixxu qafas għal kunsens ta' żvilupp fil-futur tal-proġetti elenkati fl-Annessi I u II tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE tas-27 ta' Ġunju 1985 dwar l-istima ta' l-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati dwar l-ambjent [7], u l-pjani u l-programmi kollha li ġew stabbiliti li jeħtieġu stima bis-saħħa tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni ta' ambjent naturali u ta' flora u fawna selvaġġa [8], li x'aktarx ikollhom effetti sinifikanti fuq l-ambjent, u għandhom bħala regola jsiru suġġetti għall-stima sistematika ambjentali. Meta dawn jistabilixxu l-użu ta' żoni żgħar fil-livell lokali jew ikunu modifiki minuri għall-pjanijiet jew programmi msemmija hawn fuq, dawn għandhom ikunu stmati biss meta l-Istati Membri jistabilixxu li dawn x'aktarx ikollhom effett sinifikanti fuq l-ambjent. (11) Pjanijiet u programmi oħra li jistabbilixxu l-qafas għall-kunsens ta' żvilupp futur ta' proġetti jistgħu ma jkollhomx effetti sinifikanti fuq l-ambjent fil-każijiet kollha u għandhom jiġu stmati biss meta l-Istati Membri jistabilixxu li dawn x'aktarx ikollhom dawk l-effetti. (12) Meta l-Istati Membri jagħmlu dawk l-għażliet, dawn għandhom jikkunsidraw il-kriterji rilevanti stabbiliti f'din id-Direttiva. (13) Ċerti pjanijiet jew programmi mhumiex suġġetti għal din id-Direttiva minħabba l-karatteristiċi partikulari tagħhom. (14) Meta permezz ta' din id-Direttiva tkun meħtieġa stima, rapport ambjentali għandu jkun ippreparat li fih ikollu l-informazzjoni rilevanti hekk kif stabbilit f'din id-Direttiva, fejn ikunu identifikati, deskritti u evalwati l-effetti ambjentali sinifikanti ta' l-implimentazzjoni tal-pjan jew programm, u alternattivi raġonevoli meta jkunu kkunsidrati l-għanijiet u l-iskop ġeografiku tal-pjan jew il-programm; l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni dwar il-miżuri li huma jieħdu dwar il-kwalità tar-rapporti ambjentali. (15) Sabiex ikun hemm kontribuzzjoni għal teħid tad-deċiżjonijiet aktar trasparenti u bil-għan li jkun assigurat li l-informazzjoni mogħtija għall-istima hi komprensiva u affidabbli, hu meħtieġ li l-awtoritajiet li jkollhom dawn ir-responsabbiltajiet ambjentali rilevanti u l-pubbliku jkunu kkonsultati matul l-istima tal-pjanijiet u l-programmi, u li limiti ta' żmien xierqa jkunu stabbiliti, li jippermettu ħin biżżejjed għall-konsultazzjonijiet, inkluża l-espressjoni ta' l-opinjoni. (16) Meta l-implimentazzjoni ta' xi pjan jew programm ippreparat f'xi Stat Membru x'aktarx ikollha effett sinifikanti fuq l-ambjent ta' Stat Membru ieħor, għandha ssir disposizzjoni għall-Istati Membri nteressati li jagħmlu konsultazzjonijiet u għall-awtoritajiet rilevanti u l-pubbliku li jkun infurmat u li jiġi permess lilhom li jagħtu l-opinjoni tagħhom. (17) Ir-rapport dwar l-ambjent u l-opinjonijiet espressi mill-awtoritajiet rilevanti u l-pubbliku, kif ukoll ir-riżultati ta' xi konsultazzjoni bejn it-transkonfini, għandhom ikunu kkunsidrati matul il-preparazzjoni tal-pjan jew programm u qabel l-adozzjoni tiegħu jew is-sottomissjoni għall-proċedura leġislattiva. (18) L-Istati Membri għandhom jassiguraw li, meta xi pjan jew progamm ikun adottat, l-awtoritajiet rilevanti u l-pubbliku jkunu infurmati u l-informazzjoni rilevanti tkun magħmula disponibbli għalihom. (19) Meta l-obbligazzjoni li ssir stima ta' l-effetti fuq l-ambjent tinħoloq simultanjament minn din id-Direttiva u minn leġislazzjoni oħra tal-Komunità, bħad-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE tat-2 ta' April 1979 dwar il-konservazzjoni ta' l-għasafar selvaġġi [9], id-Direttiva 92/43/KEE, jew id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għall-azzjoni tal-Komunità fil-qasam tal-politika dwar l-ilma [10], sabiex tkun evitata duplikazzjoni ta' l-istima, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu disposizzjoni għall-proċeduri kordinati u konġunti li jilħqu l-ħtiġiet tal-leġislazzjoni rilevanti tal-Komunità. (20) L-ewwel rapport dwar it-tħaddim u l-effettività ta' din id-Direttiva għandu jsir mill-Kummissjoni ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tagħha, u wara f'intervalli ta' seba' snin. Bil-għan li jiżdiedu l-ħtiġiet tal-protezzjoni ta' l-integrazzjoni ambjentali, u meta tikkunsidra l-esperjenza miksuba, l-ewwel rapport għandu, jekk ikun xieraq, ikun akkumpanjat bi proposti għal emenda ta' din id-Direttiva, b'mod partikolari għar-rigward tal-possibilità li jkun estiż l-iskop lejn żoni/setturi oħra u tipi oħra ta' pjanijiet u programmi, ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA: 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|