+ANNESS I UŻI U REKWIŻITI MINIMI

ANNESS I UŻI U REKWIŻITI MINIMI

ANNESS I

UŻI U REKWIŻITI MINIMI

Taqsima 1

Użi tal-ilma reklamat

Tisqija agrikola

Tisqija agrikola tfisser it-tisqija tat-tipi ta’ għelejjel li ġejjin:

—

għelejjel tal-ikel ikkonsmati nejjin, jiġifieri għelejjel maħsuba għall-konsum mill-bniedem fi stat nejj jew mhux ipproċessati;

—

għelejjel tal-ikel ipproċessati, jiġifieri għelejjel maħsuba għall-konsum mill-bniedem wara proċess ta’ trattament (jiġifieri, imsajrin jew proċessati industrijalment);

—

għelejjel mhux tal-ikel, jiġifieri għelejjel mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem (jiġifieri għelejjel tal-bur u tal-foraġġ, tal-fibra, ornamentali, taż-żerriegħa, tal-enerġija u tat-terf).

Mingħajr preġudizzju għal liġijiet rilevanti oħra tal-Unjoni fl-oqsma tal-ambjent u s-saħħa, l-Istati Membri jistgħu jużaw ilma reklamat għal użi ulterjuri pereżempju:

—

użu mill-ġdid tal-ilma industrijali; u

—

skopijiet relatati ma’ servizzi ta’ konvenjenza u skopijiet ambjentali.

Taqsima 2

Rekwiżiti minimi

Rekwiżiti minimi applikabbli għall-ilma reklamat maħsub biex jintuża għat-tisqija agrikola

Il-klassijiet tal-kwalità tal-ilma reklamat u l-użi u l-metodi ta’ tisqija permessi għal kull klassi huma stabbiliti fit-Tabella 1. Ir-rekwiżiti minimi għall-kwalità tal-ilma huma stabbiliti fit-Tabella 2 tal-punt (a). Il-frekwenzi minimi u l-miri ta’ prestazzjoni għall-monitoraġġ tal-ilma reklamat huma stabbiliti fit-Tabella 3 (monitoraġġ tar-rutina) u fit-Tabella 4 (monitoraġġ tal-validazzjoni) tal-punt (b).

L-għelejjel li jappartjenu għal kategorija partikolari għandhom jissaqqew bl-ilma reklamat tal-klassi tal-kwalità minima tal-ilma reklamat korrispondenti kif stipulat fit-Tabella 1, sakemm ma jintużawx ostakli addizzjonali xierqa kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 5(4), li jirriżultaw fil-kisba tar-rekwiżiti tal-kwalità stabbiliti fit-Tabella 2 tal-punt (a). Ostakli addizzjonali bħal dawn jistgħu jkunu bbażati fuq il-lista indikattiva ta’ miżuri preventivi msemmija fil-punt 7 tal-Anness II jew fi kwalunkwe standard nazzjonali jew internazzjonali ekwivalenti ieħor, eż. l-istandard ISO 16075-2.

Tabella 1 — Klassijiet tal-kwalità tal-ilma reklamat u l-użu agrikolu u l-metodu ta’ tisqija permessi

Klassi tal-kwalità minima tal-ilma reklamat

Kategorija tal-għalla (*1)

Metodu ta’ tisqija

A

L-għelejjel tal-ikel kollha ikkonsmati nejjin fejn il-parti li tittiekel tinsab f’kuntatt dirett mal-ilma reklamat u għelejjel bl-għeruq ikkonsmati nejjin

Il-metodi kollha ta’ tisqija

B

L-għelejjel tal-ikel ikkonsmati nejjin fejn il-parti li tittiekel hija prodotta ’l fuq mill-art u mhijiex f’kuntatt dirett mal-ilma reklamat, l-għelejjel tal-ikel ipproċessati u l-għelejjel mhux tal-ikel inkluż l-għelejjel użati biex jingħalfu annimali li jipproduċu l-ħalib jew il-laħam

Il-metodi kollha ta’ tisqija

C

L-għelejjel tal-ikel ikkonsmati nejjin fejn il-parti li tittiekel hija prodotta ’l fuq mill-art u mhijiex f’kuntatt dirett mal-ilma reklamat, l-għelejjel tal-ikel ipproċessati u l-għelejjel mhux tal-ikel inkluż l-għelejjel użati biex jingħalfu annimali li jipproduċu l-ħalib jew il-laħam

Tisqija bil-qatra  (*2) jew metodu ieħor ta’ tisqija li jevita kuntatt dirett mal-parti tal-għelejjel li tittiekel

D

L-għelejjel industrijali, enerġetiċi u li jinżergħu

Il-metodi kollha ta’ tisqija (*3)

(a)   Rekwiżiti minimi għall-kwalità tal-ilma

Tabella 2 — Rekwiżiti għall-kwalità tal-ilma reklamat għat-tisqija agrikola

Klassi tal-kwalità tal-ilma reklamat

Mira indikattiva tat-teknoloġija

Rekwiżiti ta’ kwalità

E. coli

(numru/100 ml)

BOD5

(mg/l)

TSS

(mg/l)

Turbidità

(NTU)

Oħrajn

A

Trattament sekondarju, filtrazzjoni u diżinfezzjoni

≤ 10

≤ 10

≤ 10

≤ 5

Legionella spp.: < 1 000 cfu/l fejn hemm riskju ta’ aerosolizzazzjoni

Nematodi intestinali (bajd tal-elmindi): ≤ 1 bajda/l għat-tisqija tal-bwar jew l-foraġġ

B

Trattament sekondarju u diżinfezzjoni

≤ 100

Skont id-Direttiva 91/271/KEE

(Anness I, Tabella 1)

Skont id-Direttiva 91/271/KEE

(Anness I, Tabella 1)

-

C

Trattament sekondarju u diżinfezzjoni

≤ 1 000

-

D

Trattament sekondarju u diżinfezzjoni

≤ 10 000

-

L-ilma reklamat għandu jitqies li jkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Tabella 2 fejn il-kejl għal dak l-ilma reklamat jissodisfa l-kriterji kollha li ġejjin:

—

il-valuri indikati għall-E. coli, l-Legionella spp. u n-nematodi intestinali jintlaħqu f’90 % jew aktar tal-kampjuni; l-ebda wieħed mill-valuri tal-kampjuni ma jaqbeż il-limitu ta’ devjazzjoni massimu tal-unità logaritmika mill-valur indikat għall-E. coli u l-Legionella spp. u 100 % tal-valur indikat għan-nematodi intestinali;

—

il-valuri indikati għall-BOD5, it-TSS u t-turbidità fil-Klassi A jintlaħqu f’90 % jew aktar tal-kampjuni. L-ebda wieħed mill-valuri tal-kampjuni ma jaqbeż il-limitu ta’ devjazzjoni massimu ta’ 100 % tal-valur indikat.

(b)   Rekwiżiti minimi għall-monitoraġġ

L-operaturi ta’ faċilitajiet tar-reklamazzjoni għandhom iwettqu monitoraġġ ta’ rutina biex jivverifikaw li l-ilma reklamat huwa konformi mar-rekwiżiti minimi għall-kwalità tal-ilma stabbiliti fil-punt (a). Il-monitoraġġ tar-rutina għandu jiġi inkluż fil-proċeduri ta’ verifika tas-sistema tal-użu mill-ġdid tal-ilma.

Il-kampjuni li għandhom jintużaw biex tiġi vverifikata l-konformità mal-parametri mikrobijoloġiċi fil-punt ta’ konformità għandhom jittieħdu skont l-istandard EN ISO 19458 jew skont kwalunkwe standard nazzjonali jew internazzjonali ieħor li jiżgura kwalità ekwivalenti.

Tabella 3 — Frekwenzi minimi għall-monitoraġġ ta’ rutina tal-ilma reklamat għat-tisqija agrikola

 

Frekwenzi tal-monitoraġġ minimi

Klassi tal-kwalità tal-ilma reklamat

E. coli

BOD5

TSS

Turbidità

Legionella spp.

(meta applikabbli)

Nematodi intestinali

(meta applikabbli)

A

Darba fil-ġimgħa

Darba fil-ġimgħa

Darba fil-ġimgħa

Kontinwament

Darbtejn fix-xahar

Darbtejn fix-xahar jew kif determinata mill-operatur tal-faċilità tar-reklamazzjoni skont in-numru ta’ bajd fl-ilma mormi li jidħlu fil-faċilità tar-reklamazzjoni

B

Darba fil-ġimgħa

Skont id-Direttiva 91/271/KEE

(Anness I, Taqsima D)

Skont id-Direttiva 91/271/KEE

(Anness I, Taqsima D)

-

C

Darbtejn fix-xahar

-

D

Darbtejn fix-xahar

-

Il-monitoraġġ tal-validazzjoni għandu jsir qabel ma faċilità ġdida tar-reklamazzjoni tibda titħaddem.

Il-faċilitajiet tar-reklamazzjoni li diġà qegħdin joperaw u li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kwalità tal-ilma reklamat stabbiliti fit-Tabella 2 tal-punt (a) fil-25 ta’ Ġunju 2020 għandhom ikunu eżentati minn dak l-obbligu ta’ monitoraġġ tal-validazzjoni.

Madankollu, l-monitoraġġ tal-validazzjoni għandu jitwettaq fil-każijiet kollha fejn isir titjib fit-tagħmir, u meta jiżdiedu tagħmir jew proċessi ġodda.

Il-monitoraġġ tal-validazzjoni għandu jsir għall-klassi tal-kwalità tal-ilma reklamat bir-rekwiżiti l-aktar stretti, il-Klassi A, sabiex jiġi vvalutat jekk hux qed ikun hemm konformità mal-miri ta’ prestazzjoni (tnaqqis ta’ log10). Il-monitoraġġ tal-valutazzjoni għandu jinkludi l-monitoraġġ tal-mikroorganiżmi indikaturi assoċjati ma’ kull grupp ta’ patoġeni, jiġifieri batterji, viruses u protozoa. Il-mikroorganiżmi indikaturi magħżula huma l-E. coli għall-batterji patoġeniċi, il-kolifaġi F-speċifiċi, il-kolifaġi somatiċi jew il-kolifaġi għall-viruses patoġeniċi, u l-ispori ta’ Clostridium perfringens jew il-batterji li jnaqqsu s-sulfat u li jifformaw spori għall-protozoa. Il-miri ta’ prestazzjoni (tnaqqis ta’ log10) għall-monitoraġġ tal-validazzjoni għall-mikroorganiżmi indikaturi magħżula huma stabbiliti fit-Tabella 4 u għandhom jintlaħqu fil-punt ta’ konformità, filwaqt li jitqiesu l-konċentrazzjonijiet tal-ilma mormi mhux ipproċessat li jidħlu fl-impjant tat-trattament tal-ilma mormi urban. Mill-inqas 90 % tal-kampjuni ta’ validazzjoni għandhom jilħqu jew jaqbżu l-miri ta’ prestazzjoni.

Jekk indikatur bijoloġiku ma jkunx preżenti fi kwantitajiet suffiċjenti fl-ilma mormi mhux ipproċessat biex jinkiseb it-tnaqqis ta’ log10, in-nuqqas ta’ tali indikatur bijoloġiku fl-ilma reklamat għandu jfisser li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti ta’ validazzjoni. Il-konformità mal-mira ta’ prestazzjoni tista’ tiġi stabbilita b’kontroll analitiku, biż-żieda tal-prestazzjoni mogħtija lil stadji individwali tat-trattament abbażi ta’ evidenza xjentifika għal proċessi standard stabbiliti sew, bħal data ppubblikata tar-rapporti tal-ittestjar jew studji ta’ każijiet, jew ittestjati fil-laboratorju taħt kundizzjonijiet ikkontrollati għal trattament innovattiv.

Tabella 4 — Monitoraġġ tal-validazzjoni tal-ilma reklamat għat-tisqija agrikola

Klassi tal-kwalità tal-ilma reklamat

Mikroorganiżmi indikaturi  (*4)

Miri ta’ prestazzjoni għall-katina ta’ trattament

(tnaqqis ta’ log10)

A

E. coli

≥ 5,0

Kolifaġi totali/kolifaġi F-speċifiċi/kolifaġi somatiċi/kolifaġi (*5)

≥ 6,0

Spori ta’ Clostridium perfringens/batterji li jnaqqsu s-sulfat u li jifformaw spori (*6)

≥ 4,0 (fil-każ ta’ spori ta’ Clostridium perfringens)

≥ 5,0 (fil-każ ta’ batterji li jnaqqsu s-sulfat u li jifformaw spori)

Il-metodi ta’ analiżi għall-monitoraġġ għandhom jiġu vvalidati u dokumentati skont EN ISO/IEC-17025 jew standards nazzjonali jew internazzjonali oħra li jiżguraw kwalità ekwivalenti.


(*1)  Jekk l-istess tip ta’ għelejjel imsaqqija jaqa’ taħt diversi kategoriji tat-Tabella 1, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti tal-kategorija l-aktar stretta.

(*2)  It-tisqija bil-qatra hija sistema ta’ mikrotisqija li kapaċi twassal qtar tal-ilma jew flussi żgħar ħafna lill-pjanti u tinvolvi t-taqtir tal-ilma fil-ħamrija jew direttament taħt is-superfiċe tagħha b’rati baxxi ħafna (2-20 litru/siegħa) minn sistema ta’ pajpijiet tal-plastik b’dijametru żgħir imwaħħlin bi żbokkijiet imsejħa emittenti jew qattara.

(*3)  Fil-każ ta’ metodi ta’ tisqija li jimitaw ix-xita, għandha tingħata attenzjoni speċjali għall-protezzjoni tas-saħħa tal-ħaddiema jew ta’ dawk li jkunu fil-qrib. Għal dan il-għan, għandhom jiġu applikati miżuri preventivi xierqa.

(*4)  Għall-finijiet tal-monitoraġġ tal-validazzjoni, jistgħu jintużaw ukoll il-patoġeni ta’ referenza Campylobacter, Rotavirus u Cryptosporidium minflok il-mikroorganiżmi indikaturi proposti. Imbagħad għandhom japplikaw il-miri ta’ prestazzjoni bi tnaqqis ta’ log10 li ġejjin: Campylobacter (≥ 5,0), Rotavirus (≥ 6,0) u Cryptosporidium (≥ 5,0).

(*5)  It-total ta’ kolifaġi ntgħażel bħala l-iktar indikatur virali xieraq. Madankollu, jekk l-analiżi tat-total ta’ kolifaġi mhijiex fattibbli, għandu jiġi analizzat mill-inqas wieħed minnhom (kolifaġi F-speċifiċi jew somatiċi).

(*6)  L-ispori ta’ Clostridium perfringens jintgħażlu bħala l-iktar indikatur tal-protozoa xieraq. Madankollu, il-batterji li jnaqqsu s-sulfat u li jifformaw spori huma alternattiva jekk il-konċentrazzjoni tal-ispori ta’ Clostridium perfringens ma tippermettix li jiġi vvalidat it-tnaqqis ta’ log10 mitlub.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.06.2020 00:00:00 -Doknr: CELEX:32020R0741
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.