+ANNESS I DESKRITTURI TAL-ĦAMRIJA, KRITERJI GĦALL-KUNDIZZJONI TA’ ĦAMRIJA F’SAĦĦITHA, U INDIKATURI TAL-ISSIĠILLAR TAL-ĦAMRIJA U TAT-TNEĦĦIJA TAL-ĦAMRIJA

ANNESS I DESKRITTURI TAL-ĦAMRIJA, KRITERJI GĦALL-KUNDIZZJONI TA’ ĦAMRIJA F’SAĦĦITHA, U INDIKATURI TAL-ISSIĠILLAR TAL-ĦAMRIJA U TAT-TNEĦĦIJA TAL-ĦAMRIJA

ANNESS I

DESKRITTURI TAL-ĦAMRIJA, KRITERJI GĦALL-KUNDIZZJONI TA’ ĦAMRIJA F’SAĦĦITHA, U INDIKATURI TAL-ISSIĠILLAR TAL-ĦAMRIJA U TAT-TNEĦĦIJA TAL-ĦAMRIJA

Għall-iskopijiet ta’ dan l-Anness, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“art naturali” tfisser żona ta’ art li fuqha l-proċessi naturali huma dominanti u l-intervent tal-bniedem huwa minimu jew ineżistenti, u li fuqha l-funzjonijiet ekoloġiċi primarji u l-kompożizzjoni tal-ispeċijiet ma ġewx modifikati sostanzjalment;

(2)

“issiġillar nett” tfisser ir-riżultat tal-issiġillar tal-ħamrija nieqes it-tneħħija tal-issiġillar;

(3)

“żona ta’ insedjament” tfisser żona ta’ insedjament skont it-tifsira tal-Linji Gwida tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC) għall-Inventarji Nazzjonali tal-Gassijiet Serra tal-2006;

(4)

“ħamrija organika” tfisser ħamrija organika fit-tifsira tal-Linji Gwida tal-IPCC għall-Inventarji Nazzjonali tal-Gassijiet Serra tal-2006;

(5)

“ħamrija minerali” tfisser ħamrija minerali fit-tifsira tal-Linji Gwida tal-IPCC għall-Inventarji Nazzjonali tal-Gassijiet Serra tal-2006;

(6)

“ħamrija ġestita” tfisser ħamrija fejn jitwettqu prattiki ta’ ġestjoni tal-ħamrija.

Aspett tad-degradazzjoni tal-ħamrija

Deskrittur tal-ħamrija (1)

Kriterji għal kundizzjoni ta’ ħamrija f’saħħitha – valuri fil-mira sostenibbli u mhux vinkolanti (2)

Żoni tal-art eżentati mill-ilħuq tal-kriterju relatat

Parti A: deskritturi tal-ħamrija bi kriterji għal kundizzjoni ta’ ħamrija f’saħħitha stabbiliti fil-livell tal-Unjoni

Salinazzjoni (3)

Konduttività elettrika (deċi-Siemens għal kull metru)

< 4 dS m – 1 meta jintuża metodu ta’ kejl tal-estratt tal-pejst saturat tal-ħamrija (eEC), jew kriterju ekwivalenti jekk jintuża metodu ieħor ta’ kejl

Żoni ta’ art mielħa b’mod naturali, żoni mgħarrqa regolarment mill-baħar u żoni soġġetti għar-raxx tal-baħar

Telf ta’ Karbonju Organiku fil-Ħamrija (SOC)

Konċentrazzjoni ta’ SOC (g għal kull kg)

—

Għal ħamrija organika: għandhom jiġu rrispettati l-miri stabbiliti għal tali ħamrija fil-livell nazzjonali f’konformità mal-Artikolu 4(2) u (4) u l-Artikolu 11(4) tar-Regolament (UE) 2024/1991

Ebda eżenzjoni

—

Għal ħamrija minerali: Proporzjon SOC/Tafal > 1/13 (jiġifieri l-proporzjoni tal-kontenut SOC għall-kontenut tal-frazzjoni tat-tafal (frazzjoni b’dijametru ta’ inqas minn 0,002  mm))

L-Istati Membri mistennija japplikaw fatturi korrettivi għall-proporzjon fejn tipi speċifiċi ta’ ħamrija jew il-kundizzjonijiet klimatiċi jiġġustifikawh, b’kont meħud tar-rabta mal-istabbiltà strutturali

Ħamrija mhux ġestita f’żoni tal-art naturali

Kompattazzjoni tas-sottoħamrija

Densità volumetrika tal-massa apparenti fis-sottoħamrija (g għal kull cm3)

Konsistenza tal-ħamrija (4)

Medda

Ħamrija mhux ġestita f’żoni ta’ art naturali u żoni b’ħamrija kompatta b’mod naturali

Ramel, trab ramli ġulġlieni, trab ġulġlieni ramli, trab ġulġlieni

< 1,80

Trab ġulġlieni ramli u tafli, trab ġulġlieni, trab ġulġlieni tafli, ramal, trab ġulġlieni xaħxi

< 1,75

Trab ġulġlieni xaħxi, trab ġulġlieni xaħxi u tafli

< 1,65

Trab tafli ramli, trab tafli xaħxi, trab ġulġlieni tafli b’35-45 % tafal

< 1,58

Tafal

< 1,47

L-Istati Membri jistgħu japplikaw klassijiet jew valuri ta’ konsistenza differenti li jikkorrispondu għal-livelli meqjusa bħala problematiċi għall-iżvilupp ta’ sistema ta’ għeruq tal-pjanti

Fakultattiv:

—

konduttività idrawlika saturata – Ksat (cm għal kull jum)

—

kapaċità tal-arja (%)

≥ 10 cm/jum (5)

L-Istati Membri jistgħu jadattaw dan il-valur skont il-kundizzjonijiet tal-ħamrija lokali tagħhom

≥ 5 % (6)

L-Istati Membri jistgħu jadattaw dan il-valur skont il-kundizzjonijiet tal-ħamrija lokali tagħhom

Parti B: deskritturi tal-ħamrija bi kriterji għal kundizzjoni ta’ ħamrija f’saħħitha stabbiliti fil-livell tal-Istati Membri

Kontenut eċċessiv ta’ nutrijenti fil-ħamrija

Fosforu estrattabbli (mg għal kull kg)

< “valur massimu”

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-valur massimu tagħhom stess, f’livell li ma jinvolvix ħsara lis-saħħa tal-bniedem u lill-ambjent.

Ħamrija mhux ġestita f’żoni tal-art naturali

Erożjoni tal-ħamrija

Rata ta’ erożjoni tal-ħamrija

(tunnellati għal kull ettaru fis-sena)

< “valur massimu”

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-valur massimu tagħhom stess, f’livell li ma jinvolvix ħsara lis-saħħa tal-bniedem u lill-ambjent.

Artijiet b’erożjoni sinifikanti u żoni ta’ art naturali, ħlief jekk jirrappreżentaw riskju sinifikanti ta’ diżastri

Kontaminazzjoni tal-ħamrija

—

konċentrazzjoni ta’ metalli tqal fil-ħamrija: As, Sb, Cd, Co, Cr (total), Cu, Hg, Pb, Ni, Tl, V, Zn (mg għal kull kg)

—

konċentrazzjoni ta’ għażla ta’ kontaminanti organiċi stabbilita mill-Istati Membri u filwaqt li jitqiesu l-limiti ta’ konċentrazzjoni eżistenti fil-liġi tal-Unjoni, eż. għall-kwalità tal-ilma u għall-emissjonijiet fl-arja

Assigurazzjoni raġonevoli, miksuba mill-kampjunar istantanju, mill-identifikazzjoni u mill-investigazzjoni tal-ħamrija ta’ siti potenzjalment kontaminati u minn kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra, li ma jeżisti l-ebda riskju inaċċettabbli għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent mill-kontaminazzjoni tal-ħamrija

Il-livelli naturali u antropoġenika tal-isfond għandhom jitqiesu fil-valutazzjoni tar-riskju

Jekk l-isfond naturali huwa l-unika raġuni li twassal għal riskji inaċċettabbli, il-ħamrija rilevanti għandha titqies li tilħaq il-kriterji ta’ ħamrija f’saħħitha dment li tiġi ġestita b’tali mod li ma jkunx jeżisti riskju inaċċettabbli għas-saħħa tal-bniedem

Il-ħabitats b’konċentrazzjoni naturali għolja ta’ metalli tqal li huma inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 92/43/KEE għandhom jibqgħu protetti

Ebda eżenzjoni

Tnaqqis taż-żamma tal-ilma u l-infiltrazzjoni tal-ħamrija

Żamma tal-ilma:

—

il-kapaċità taż-żamma tal-ilma tal-ħamrija tal-kampjun tal-ħamrija (% ta’ ilma għal kull ħamrija totali (volum jew massa))

Infiltrazzjoni tal-ilma:

—

konduttività idrawlika saturata – Ksat (cm għal kull jum)

—

kapaċità tal-arja (%)

L-istima tal-valur tal-kapaċità totali taż-żamma tal-ilma, il-konduttività idrawlika saturata u l-kapaċità tal-arja ta’ unità tal-ħamrija hija ogħla mil-limitu minimu u tista’ tiġi vvalutata wkoll minn baċir jew sottobaċir ta’ xmara, b’kont meħud tal-proċessi tal-ilma li jseħħu f’dik l-iskala

Il-livell limitu minimu għandu jiġi stabbilit (f’tunnellati) mill-Istat Membru fuq l-iskala rilevanti għal tali valur li jiġu mmitigati l-impatti tal-għargħar wara avvenimenti ta’ xita qawwija jew ta’ perjodi ta’ livell baxx ta’ tira minħabba avvenimenti ta’ nixfa

Ebda eżenzjoni

Telf tal-SOC

Ħażniet fis-SOC (tC ha-1)

Fakultattiv:

—

kontenut tal-SOC (g għal kull kg)

Isir kontribut għall-miri nazzjonali għall-assorbimenti netti ta’ gassijiet serra fis-settur tal-LULUCF kif imsemmi fl-Artikolu 4(3) tar-Regolament (UE) 2018/841

> “valur minimu”

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-valur minimu skont il-konsistenza tal-ħamrija

Ebda eżenzjoni

Parti C: deskritturi tal-ħamrija mingħajr kriterji

Aspett tad-degradazzjoni tal-ħamrija

Deskrittur tal-ħamrija

Kontenut eċċessiv ta’ nutrijenti fil-ħamrija

Kontenut total tan-nitroġenu fil-ħamrija (mg g-1)

Il-proporzjon ttan-nitroġenu tas-SOC

Aċidifikazzjoni

Aċidità tal-ħamrija (pH)

L-Istati Membri jistgħu jagħżlu wkoll id-deskrittur fakultattiv:

—

saturazzjoni tal-bażi (jiġifieri (Ca + Mg + K)/ kapaċità effettiva ta’ skambju ta’ katjoni (CEC)

Kompattazzjoni tal-ħamrija tal-wiċċ

Densità volumetrika tal-massa apparenti fil-ħamrija tal-wiċċ (orizzont A (7)) (g cm-3)

Fakultattiv:

—

konduttività idrawlika saturata (cm għal kull jum)

—

kapaċità tal-arja (%)

Telf tal-bijodiversità tal-ħamrija

Metabarcoding tad-DNA għall-fungi u l-batterji

L-Istati Membri jistgħu jagħżlu wkoll mill-inqas deskrittur fakultattiv wieħed tal-ħamrija għall-bijodiversità bħal:

—

metabarcoding tal-arkea, protisti u annimali

—

analiżi tal-aċidu grass fosfolipidu (PLFA)

—

abbundanza u diversità ta’ nematodi

—

abbundanza u diversità ta’ ħniex

—

abbundanza u diversità ta’ kollemboli

—

abbundanza u diversità ta’ nemel indiġeni

—

kwalità bijoloġika tal-ħamrija bbażata fuq l-artropodi (QBS-ar)

—

preżenza ta’ speċijiet aljeni invażivi u pesti tal-pjanti

—

respirazzjoni tal-bażi tal-ħamrija

Kontaminazzjoni tal-ħamrija (8)

Konċentrazzjonijiet ta’ PFAS-21 (9) jew konċentrazzjonijiet ta’ PFAS-43 (10) jew PFAS magħżula stipulati mill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 7(4)

Il-konċentrazzjonijiet ta’ sustanzi attivi magħżula fil-pestiċidi u l-metaboliti tagħhom stipulati mill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 7(4)

Fakultattiv:

—

il-konċentrazzjonijiet jew il-preżenza ta’ għażla ta’ kontaminanti emerġenti oħra tal-ħamrija stipulati mill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 7(4)

Parti D: indikaturi tal-issiġillar tal-ħamrija u tat-tneħħija tal-ħamrija

Aspett tad-degradazzjoni tal-ħamrija

Indikaturi tal-issiġillar tal-ħamrija u tat-tneħħija tal-ħamrija

L-issiġillar tal-ħamrija u t-tneħħija tal-ħamrija

Total tal-ħamrija ssiġillata u tal-ħamrija mneħħija (km2 u % tas-superfiċe tal-Istat Membru)

L-issiġillar tal-ħamrija u t-tneħħija tal-ħamrija, it-tneħħija tal-issiġillar, l-issiġillar nett (medja kull sena – f’km2 u % tas-superfiċe tal-Istat Membru)

Żona ta’ insedjament totali (km2 u % tas-superfiċe tal-Istati Membri)

Tibdil fl-użu tal-art għal żona ta’ insedjament jew minnha (medja fis-sena – f’km2 u % tas-superfiċe tal-Istati Membri)

L-Istati Membri jistgħu jkejlu wkoll indikaturi fakultattivi relatati oħra bħal:

—

l-artifiċjalizzazzjoni tal-ħamrija

—

il-frammentazzjoni tal-art

—

ir-rata tar-riċiklaġġ tal-art

—

art meħuda għal attivitajiet kummerċjali, ċentri loġistiċi, enerġija rinnovabbli, superfiċji bħal ajruporti, toroq, minjieri

—

konsegwenzi tal-issiġillar tal-ħamrija u t-tneħħija tal-ħamrija, bħall-kwantifikazzjoni tat-telf tas-servizzi tal-ekosistema, bidla fl-intensità tal-għargħar


(1)  Il-kriterji minimi għall-metodoloġija għall-ġbir ta’ kampjuni in situ tad-deskritturi tal-ħamrija huma pprovduti fl-Anness II, il-Parti A, u aktar dettallji ser jingħataw skont l-Artikolu 24.

(2)  Aktar dettalji dwar il-metodoloġija dwar l-istabbiliment ta’ valuri fil-mira sostenibbli u mhux vinkolanti u valuri ta’ skattar operazzjonali għad-deskritturi tal-ħamrija elenkati fl-Anness I, il-Parti A u B u, fejn possibbli, il-Parti C, jingħataw f’konformità mal-Artikolu 24.

(3)  Il-kejl tal-konduttività elettrika jista’ jiġi eskluż f’żoni li mhumiex f’riskju ta’ salinazzjoni. Aktar dettalji dwar il-metodoloġija għall-valutazzjoni ta’ żoni li mhumiex f’riskju ta’ salinazzjoni tingħata f’konformità mal-Artikolu 24.

(4)  Kif definit fl-IUSS Working Group WRB. 2022. World Reference Base for Soil Resources. International soil classification system for naming soils and creating legends for soil maps. 4th edition. International Union of Soil Sciences (IUSS), Vienna, Austria.

(5)  Lebert, M., Böken, H., Glante, F. 2007. Soil compaction—indicators for the assessment of harmful changes to the soil in the context of the German Federal Soil Protection Act. Journal of Environmental Management 82(3): 388-397.

(6)  Lebert, M., Böken, H., Glante, F. 2007. Soil compaction—indicators for the assessment of harmful changes to the soil in the context of the German Federal Soil Protection Act. Journal of Environmental Management 82(3): 388-397.

(7)  Kif definit fil-Linji Gwida tal-FAO għad-Deskrizzjoni tal-Ħamrija, il-Kapitolu 5 (https://www.fao.org/3/a0541e/a0541e.pdf).

(8)  Tista’ titkejjel fuq għadd limitat ta’ punti ta’ kampjunar.

(9)  6:2 FTS, PFBA, PFBS, PFDA, PFDoDA, PFDoDS, PFDS, PFHpA, PFHpS, PFHxA, PFHxS, PFNA, PFNS, PFOA, PFOS, PFPeA, PFPeS, PFTrDA, PFTrDS, PFUnDA, PFUnDS jew 21 PFAS oħra, skont kif disponibbli fil-laboratorji.

(10)  PFOS, PFOA, PFHxS, PFNA, PFBS, PFPeS, PFHpS, PFNS, PFDS, PFUnDS, PFDoDS, PFTrDS, PFBA, PFPeA, PFHxA, PFHpA, PFDA, PFUnDA, PFDoDA, PFTrDA, PFTeDA, PFOSA, N-EtFOSA, N-MeFOSA, FOSAA, N-EtFOSAA, N-MeFOSAA, FHxSA, N-EtFHxSA, N-MeFHxSA, FHxSAA, N-EtFHxSAA, N-MeFHxSAA, FBSA, N-EtFBSA, N-MeFBSA, FBSAA, N-EtFBSAA, N-MeFBSAA, 6:2 FTS, 8:2 FTS, 5:3 FTCA, 7:3 FTCA jew 43 PFAS oħra, skont kif disponibbli fil-laboratorji.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 26.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025L2360
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.