+ANNESS I KRITERJI TAL-BIJODEGRADABBILTÀ U METODI TA' TTESTJAR, IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 4
---+1. L-aġenti tensjoattivi u l-aġenti tensjoattivi li jinsabu fid-deterġenti għandhom ikunu …
---+2. L-aġenti tensjoattivi u l-aġenti tensjoattivi li jinsabu fid-deterġenti għandhom jitqiesu li …
---+3. It-testijiet imsemmija fil-punt 2 għandhom jitwettqu minn laboratorji li jissodisfaw tal-anqas …

ANNESS I KRITERJI TAL-BIJODEGRADABBILTÀ U METODI TA' TTESTJAR, IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 4

ANNESS I

KRITERJI TAL-BIJODEGRADABBILTÀ U METODI TA' TTESTJAR, IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 4

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
1. L-aġenti tensjoattivi u l-aġenti tensjoattivi li jinsabu fid-deterġenti għandhom ikunu …

1.

L-aġenti tensjoattivi u l-aġenti tensjoattivi li jinsabu fid-deterġenti għandhom ikunu bijodegradabbli kif determinat f'konformità mal-kriterji stabbiliti fil-punt 2.
2. L-aġenti tensjoattivi u l-aġenti tensjoattivi li jinsabu fid-deterġenti għandhom jitqiesu li …

2.

L-aġenti tensjoattivi u l-aġenti tensjoattivi li jinsabu fid-deterġenti għandhom jitqiesu li jilħqu bijodegradazzjoni aerobika finali jekk jissodisfaw wieħed mill-kriterji li ġejjin:

(a)

il-livell ta' bijodegradabbiltà (mineralizzazzjoni) ikun mill-anqas 60 % fi żmien 28 jum imkejjel f'konformità ma' wieħed mill-metodi ta' ttestjar li ġejjin:

(i)

il-metodu C.4.-C CO2 test tal-evoluzzjoni, deskritt fil-Parti C, il-Parti IV, tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 440/2008 (1);

(ii)

il-metodu C.4-D test tar-respirometrija manometrika, deskritt fil-Parti C, il-Parti V, tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 440/2008;

(iii)

il-metodu C.4-E, test tal-flixkun magħluq, deskritt fil-Parti C, il-Parti VI, tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 440/2008;

(iv)

il-metodu C.4-F test M.I.T.I., deskritt fil-Parti C, il-Parti VII, tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 440/2008;

(b)

il-livell tal-bijodegradabbiltà (mineralizzazzjoni) ikun mill-anqas 70 % fi żmien 28 jum imkejjel f'konformità ma' wieħed mill-metodi ta' ttestjar li ġejjin:

(i)

il-metodu C.4-A test tat-tneħħija tal-kulur, deskritt fil-Parti C, il-Parti II, tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 440/2008;

(ii)

il-metodu C.4-B test tal-għażla tal-OECD modifikata deskritt fil-Parti C, il-Parti III, tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 440/2008.

Ma għandux jintuża adattament minn qabel u l-prinċipju tat-tieqa ta' għaxart ijiem ma għandu jiġi applikat fl-ebda metodu ta' ttestjar imsemmi f'dan il-punt.

3. It-testijiet imsemmija fil-punt 2 għandhom jitwettqu minn laboratorji li jissodisfaw tal-anqas …

3.

It-testijiet imsemmija fil-punt 2 għandhom jitwettqu minn laboratorji li jissodisfaw tal-anqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

jikkonformaw mal-prinċipji ta' prattika tajba tal-laboratorju previsti fid-Direttiva 2004/10/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jew mal-istandards internazzjonali rikonoxxuti bħala ekwivalenti;

(b)

ikunu akkreditati f'konformità mal-istandard għal-laboratorji msemmi fir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

B.   Riti u polimeri fir-riti

C.   Sustanzi organiċi oħra

D.   Derogi għal sustanzi organiċi speċifiċi


(1)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 440/2008 tat-30 ta' Mejju 2008 li jistabbilixxi metodi ta' ttestjar skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (REACH) (ĠU L 142, 31.5.2008, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/440/oj).

(2)  Id-Direttiva 2004/10/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Frar 2004 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x'jaqsmu mal-applikazzjoni tal-prinċipji ta' prattika tajba tal-laboratorju u l-verifikazzjoni tal-applikazzjonijiet tagħhom għal provi fuq sustanzi kimiċi (ĠU L 50, 20.2.2004, p. 44, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2004/10/oj).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/765/oj).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.03.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32026R0405
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.