+Artikolu 6 Eżenzjonijiet għal ċerti attivitajiet finanzjarji
---+Artikolu 6 1
---+Artikolu 6 2
---+Artikolu 6 3
---+Artikolu 6 4
---+Artikolu 6 5
---+Artikolu 6 6
|
Artikolu 6 Eżenzjonijiet għal ċerti attivitajiet finanzjarji
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 6 1
|
1. Bl-eċċezzjoni ta’ persuni involuti fl-attività ta’ rimessa ta’ flus kif definit fil-punt (22) tal-Artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2015/2366, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jeżentaw lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jinvolvu ruħhom f’attività finanzjarja kif elenkata fil-punti (2) sa (12), (14) u (15) tal-Anness I tad-Direttiva 2013/36/UE fuq bażi okkażjonali jew limitata ħafna fejn ftit li xejn ikun hemm riskju ta’ ħasil tal-flus jew ta’ finanzjament tat-terroriżmu, mir-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament, dment li jiġu ssodisfati l-kriterji kollha li ġejjin:
|
(a)
|
l-attività finanzjarja tkun limitata f’termini assoluti;
|
|
(b)
|
l-attività finanzjarja tkun limitata fuq bażi ta’ tranżazzjoni;
|
|
(c)
|
l-attività finanzjarja ma tkunx l-attività prinċipali ta’ tali persuni;
|
|
(d)
|
l-attività finanzjarja tkun anċillari u marbuta direttament mal-attività prinċipali ta’ tali persuni;
|
|
(e)
|
l-attività prinċipali ta’ tali persuni ma tkunx attività msemmija fl-Artikolu 3, il-punt (3)(a) sa (d) jew (g) ta’ dan ir-Regolament;
|
|
(f)
|
l-attività finanzjarja tkun ipprovduta biss lill-klijenti tal-attività prinċipali ta’ tali persuni u ma tkunx offruta lill-pubbliku b’mod ġenerali.
|
|
|
Artikolu 6 2
|
2. Għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-fatturat totali tal-attività finanzjarja ma taqbiżx livell limitu li għandu jkun baxx biżżejjed. Dak il-livell limitu għandu jiġi stabbilit fuq livell nazzjonali, skont it-tip tal-attività finanzjarja.
|
|
Artikolu 6 3
|
3. Għall-finijiet tal-punt (b) tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom japplikaw livell limitu massimu għal kull klijent u għal kull tranżazzjoni, kemm jekk it-tranżazzjoni titwettaq f’operazzjoni waħda jew permezz ta’ tranżazzjonijiet konnessi. Dak il-livell limitu għandu jiġi stabbilit fil-livell nazzjonali skont it-tip tal-attività finanzjarja. Għandu jkun baxx biżżejjed sabiex jiġi żgurat li t-tipi ta’ tranżazzjonijiet inkwistjoni jkunu metodu mhux prattiku u ineffiċjenti għall-ħasil tal-flus jew għall-finanzjament tat-terroriżmu, u ma għandux jaqbeż EUR 1 000 jew l-ekwivalenti fil-munita nazzjonali, irrispettivament mill-mezz ta’ pagament.
|
|
Artikolu 6 4
|
4. Għall-finijiet tal-punt (c) tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-fatturat mill-attività finanzjarja ma jaqbiżx il-5 % tal-fatturat annwali totali tal-persuna fiżika jew ġuridika kkonċernata.
|
|
Artikolu 6 5
|
5. Fil-valutazzjoni tar-riskju ta’ ħasil tal-flus jew ta’ finanzjament tat-terroriżmu għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lil kwalunkwe attività finanzjarja li minħabba n-natura tagħha titqies li għandha probabbiltà għolja li tintuża jew li tiġi abbużata għal finijiet ta’ ħasil tal-flus jew ta’ finanzjament tat-terroriżmu.
|
|
Artikolu 6 6
|
6. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu attivitajiet ta’ monitoraġġ ibbażati fuq ir-riskju jew jieħdu miżuri adegwati oħrajn sabiex jiżguraw li ma jsirx abbuż mill-eżenzjonijiet mogħtijin skont dan l-Artikolu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|