+15. Għall-finijiet tal-Artikolu 248 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, tranżazzjoni għandha titqies …
|
15. Għall-finijiet tal-Artikolu 248 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, tranżazzjoni għandha titqies …
Għall-finijiet tal-Artikolu 248 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, tranżazzjoni għandha titqies imwettqa f’kondizzjonijiet ta’ distakkament meta t-termini tat-tranżazzjoni huma bħal dawk ta’ tranżazzjoni kummerċjali normali jekk: - (a) il-partijiet ma kellhom l-ebda relazzjoni ma’ xulxin (inkluż, iżda mhux limitat għal, kwalunkwe dmir jew obbligu speċjali u kwalunkwe possibbiltà li jikkontrollow jew jinfluwenzaw lil xulxin); u
- (b) kull parti:
- i. aġixxiet b’mod indipendenti;
- ii. daħlet fit-tranżazzjoni fuq inizjattiva tagħha stess;
- iii. aġixxiet fl-interessi tagħha stess; u
- iv. ma daħlitx fit-tranżazzjoni abbażi ta’ kunsiderazzjonijiet estranji li mhumiex konnessi direttament mat-tranżazzjoni inkwistjioni (tali kunsiderazzjonijiet estranji inkluż, iżda mhux limitati għal, kwalunkwe riskju ta’ reputazzjoni li jista’ jinħoloq fir-rigward tal-istituzzjoni oriġinatriċi jew l-istituzzjoni sponsor jekk ma tipproċedix bit-tranżazzjoni).
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|