Bil-permess mingħand l-awtorità kompetenti tagħha, istituzzjoni tista’ tiddividi, b’1,5 %, il-komponenti

u

stabbiliti fl-Artikolu 325g(2) b’mod konsistenti għall-fatturi tar-riskju tal-kambju kollha tal-istrumenti li jirrigwardaw il-kambju u soġġetti għar-rekwiżit ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ kurvatura, dment li ċ-ċaqliq ikun applikat b’mod simultanju għall-fatturi ta’ riskju tal-kambju kollha bbażati fuq il-munita tar-rapportar tal-istituzzjoni jew il-munita bażi tal-istituzzjoni, skont kif applikabbli, li jkunu inklużi fl-ikkalkular ta’ dawk il-komponenti.