+Artikolu 325aa Kalkolu tar-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza għal titolizzazzjonijiet
---+Artikolu 325aa 1.
---+Artikolu 325aa 2.
---+Artikolu 325aa 3.
---+Artikolu 325aa 4.
---+Artikolu 325aa 5.
---+Artikolu 325aa 6.
---+Artikolu 325aa 7.
|
Artikolu 325aa Kalkolu tar-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza għal titolizzazzjonijiet
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 325aa 1.
|
L-ammonti netti ta' JTD għall-iskoperturi ta' titolizzazzjoni għandhom jiġu mmultiplikati bi 8 % tal-piż tar-riskju li japplika għall-iskopertura ta' titolizzazzjoni rilevanti, inkluż it-titolizzazzjonijiet STS, fil-portafoll mhux tan-negozjar skont il-ġerarkija ta' approċċi stabbiliti fit-Taqsima 3 tal-Kapitolu 5 tat-Titolu II u irrispettivament mit-tip ta' kontroparti.
|
|
Artikolu 325aa 2.
|
Maturità ta' sena għandha tiġi applikata għas-segmenti kollha, fejn il-piżijiet ta' riskju huma kkalkulati f'konformità mas-SEC-IRBA u s-SEC-ERBA.
|
|
Artikolu 325aa 3.
|
L-ammonti ta' JTD ippeżati għar-riskju għal skoperturi ta' titolizzazzjoni ta' flus individwali għandhom ikunu limitati għall-valur ġust tal-pożizzjoni.
|
|
Artikolu 325aa 4.
|
L-ammonti netti ta' JTD ippeżati għar-riskju għandhom jiġu assenjati għall-buckets li ġejjin:
(a)
bucket komuni wieħed għall-kumpaniji kollha, irrispettivament mir-reġjun;
(b)
44 buckets differenti li jikkorrispondu għal bucket wieħed għal kull reġjun għal kull waħda mill-ħdax-il klassi tal-assi ddefiniti fit-tieni subparagrafu.
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-11-il klassi tal-assi huma ABCP, self/leases għal karozzi, titoli abbażi ta' ipoteki residenzjali (RMBS), karti tal-kreditu, titoli abbażi ta' ipoteka kummerċjali (CMBS), obbligi fuq self kollateralizzat, obbligu kwadrat ta' dejn kollateralizzat (CDO kwadrat), intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (“SMEs”), self għall-istudenti, bejgħ bl-imnut ieħor, bejgħ bl-ingrossa ieħor. L-erba' reġjuni huma l-Asja, l-Ewropa, l-Amerka ta' Fuq, u l-bqija tad-dinja.
|
|
Artikolu 325aa 5.
|
Sabiex tiġi assenjata skopertura ta' titolizzazzjoni għal bucket, l-istituzzjonijiet għandhom jiddependu fuq klassifikazzjoni użata b'mod komuni fis-suq. L-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw kull skopertura ta' titolizzazzjoni għal bucket wieħed biss imsemmija fil-paragrafu 4. Kwalunkwe skopertura ta' titolizzazzjoni li l-istituzzjoni ma tkunx tista' tassenja għal bucket għal klassi ta' assi jew reġjun għandha tiġi assenjata għall-klassi ta' assi “bl-imnut oħrajn”, “bl-ingrossa oħrajn” jew għall-bqija tad-dinja, rispettivament.
|
|
Artikolu 325aa 6.
|
L-ammonti netti ppeżati ta' JTD għandhom jiġu aggregati f'kull bucket bl-istess mod bħar-riskju ta' inadempjenza ta' skoperturi ta' nontitolizzazzjoni, bl-użu tal-formula fl-Artikolu 325y(4), li tirriżulta fir-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza għal kull bucket.
|
|
Artikolu 325aa 7.
|
Ir-rekwiżit finali ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza għal titolizzazzjonijiet mhux inklużi fl-Actp għandu jiġi kkalkulat bħala s-somma sempliċi tar-rekwiżiti ta' fondi proprji fil-livell tal-bucket.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|