+Artikolu 458 Riskju makroprudenzjali jew sistemiku identifikat fil-livell ta' Stat Membru
---+Artikolu 458 1.
---+Artikolu 458 2.
---+Artikolu 458 3.
---+Artikolu 458 4.
---+Artikolu 458 5.
---+Artikolu 458 6.
---+Artikolu 458 7.
---+Artikolu 458 8.
---+Artikolu 458 9.
---+Artikolu 458 10.
|
Artikolu 458 Riskju makroprudenzjali jew sistemiku identifikat fil-livell ta' Stat Membru
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 458 1.
|
L-Istati Membri għandhom jinnominaw l-awtorità responsabbli għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu. Din l-awtorità għandha tkun l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nominata.
|
|
Artikolu 458 2.
|
Fejn l-awtorità nominata f'konformità mal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu tidentifika bidliet fl-intensità ta' riskju makroprudenzjali jew sistemiku fis-sistema finanzjarja bil-potenzjal ta' konsegwenzi negattivi serji għas-sistema finanzjarja u l-ekonomija reali fi Stat Membru speċifiku u li dik l-awtorità tqis li ma jistgħux jiġu indirizzati permezz ta' għodod makroprudenzjali oħra stipulati f'dan ir-Regolament u d-Direttiva 2013/36/UE b'mod effettiv daqs l-implimentazzjoni ta' miżuri nazzjonali aktar stretti, hija għandha tinnotifika dan lill-Kummissjoni u lill-BERS. Il-BERS għandu jibgħat in-notifika lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, u lill-ABE mingħajr dewmien. In-notifika għandha tkun akkumpanjata mid-dokumenti li ġejjin u tinkludi, fejn adatt, evidenza kwantitattiva jew kwalitattiva rilevanti dwar:
(a)
il-bidliet fl-intensità ta' riskju makroprudenzjali jew sistemiku;
(b)
ir-raġunijiet għalfejn tali bidliet jistgħu joħolqu theddida għall-istabbiltà finanzjarja fil-livell nazzjonali jew għall-ekonomija reali;
(c)
spjegazzjoni dwar għaliex l-awtorità tqis li l-għodod makroprudenzjali stipulati fl-Artikoli 124 u 164 ta' dan ir-Regolament u l-Artikoli 133 u 136 tad-Direttiva 2013/36/UE jkunu inqas adatti u effettivi biex jittrattaw dawk ir-riskji milli l-abbozz ta' miżuri nazzjonali msemmija fil-punt (d) ta' dan il-paragrafu;
(d)
l-abbozz ta' miżuri nazzjonali għal istituzzjonijiet awtorizzati domestikament, jew subsett ta' dawk l-istituzzjonijiet, maħsuba għall-mitigazzjoni tal-bidliet fl-intensità ta' riskju u dwar:
(i)
il-livell ta' fondi proprji stabbiliti fl-Artikolu 92;
(ii)
ir-rekwiżiti għal skoperturi kbar stabbiliti fl-Artikolu 392 u l-Artikoli 395 sa 403;
(iii)
rekwiżiti ta' likwidità stabbiliti fil-Parti Sitta;
(iv)
ponderazzjonijiet tar-riskju għall-individwar ta' bżieżaq spekulattivi ta' assi fis-settur tal-proprjetà residenzjali u tal-proprjetà immobbli kummerċjali;
(v)
ir-rekwiżiti ta' divulgazzjoni pubblika stabbiliti fil-Parti Tmienja;
(vi)
il-livell tal-buffer ta' konservazzjoni tal-kapital stabbilit fl-Artikolu 129 tad-Direttiva 2013/36/UE; jew
(vii)
skoperturi fi ħdan is-settur finanzjarju;
(e)
spjegazzjoni dwar għalfejn l-abbozz ta' miżuri jitqiesu mill-awtorità nominata f'konformità mal-paragrafu 1 li jkunu adatti, effettivi u proporzjonati biex jindirizzaw is-sitwazzjoni; u
(f)
valutazzjoni tal-impatt pożittiv jew negattiv probabbli tal-abbozz ta' miżuri dwar is-suq intern ibbażata fuq informazzjoni li tkun disponibbli għall-Istat Membru konċernat.
|
|
Artikolu 458 3.
|
Meta jkunu awtorizzati japplikaw miżuri nazzjonali skont dan l-Artikolu, l-awtoritajiet determinati skont il-paragrafu 1 għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti jew lill-awtoritajiet nominati fi Stati Membri l-informazzjoni rilevanti kollha.
|
|
Artikolu 458 4.
|
Is-setgħa li tadotta att ta' implimentazzjoni li jirrifjuta l-abbozz ta' miżuri nazzjonali msemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 2 tingħata lill-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, fuq proposta mill-Kummissjoni. Il-BERS u l-ABE għandhom, fi żmien xahar minn meta jirċievu n-notifika msemmija fil-paragrafu 2, jagħtu l-opinjonijiet tagħhom dwar il-kwistjonijiet imsemmija fil-punti (a) sa (f) ta' dak il-paragrafu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istat Membru konċernat. Filwaqt li jittieħed l-akbar kont possibbli tal-opinjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu u jekk ikun hemm evidenza robusta, qawwija u dettaljata li l-miżura jkollha impatt negattiv fuq is-suq intern li tegħleb il-benefiċċji tal-istabbiltà finanzjarja li jirriżultaw fi tnaqqis tar-riskju makroprudenzjali jew sistemiku identifikat, il-Kummissjoni tista', fi żmien xahar, tipproponi lill-Kunsill att ta' implimentazzjoni li jirrifjuta l-abbozz ta' miżuri nazzjonali. Fin-nuqqas ta' proposta tal-Kummissjoni f'dak il-perijodu ta' xahar, l-Istat Membru konċernat jista' b'mod immedjat jadotta l-abbozz ta' miżuri nazzjonali għal perijodu ta' mhux aktar minn sentejn jew sal-waqt meta ir-riskju makroprudenzjali jew sistemiku ma jibqax jeżisti jekk dan iseħħ qabel. Il-Kunsill għandu jiddeċiedi dwar il-proposta tal-Kummissjoni fi żmien xahar wara l-wasla tal-proposta u jiddikjara r-raġunijiet tiegħu għar-rifjut jew le tal-abbozz ta' miżuri nazzjonali. Il-Kunsill għandu jirrifjuta l-abbozz ta' miżuri nazzjonali biss jekk jikkunsidra li waħda jew aktar mill-kondizzjonijiet li ġejjin ma jintlaħqux:
(a)
il-bidliet fl-intensità ta' riskju makroprudenzjali jew sistemiku jkunu ta' tali natura li jkunu ta' riskju għall-istabbiltà finanzjarja fil-livell nazzjonali;
(b)
l-għodod makroprudenzjali stipulati f'dan ir-Regolament u fid-Direttiva 2013/36/UE huma inqas adatti jew effettivi mill-abbozz ta' miżuri nazzjonali biex jittrattaw ir-riskju makroprudenzjali jew sistemiku identifikat;
(c)
l-abbozz ta' miżuri nazzjonali ma jinvolvix effetti negattivi sproporzjonati fuq is-sistema finanzjarja kollha jew partijiet minnha fi Stati Membri oħrajn jew fl-Unjoni kollha, li b'hekk jifforma jew joħloq ostaklu għall-funzjonament tas-suq intern; u
(d)
il-kwistjoni tikkonċerna biss Stat Membru wieħed.
Il-valutazzjoni tal-Kunsill għandha tieħu kont tal-opinjoni tal-BERS u l-ABE u għandha tkun ibbażata fuq l-evidenza ppreżentata f'konformità mal-paragrafu 2 mill-awtorità nominata f'konformità mal-paragrafu 1. Fin-nuqqas ta' att ta' implimentazzjoni tal-Kunsill li jirrifjuta l-abbozz ta' miżuri nazzjonali fi żmien xahar minn meta jirċievu l-proposta mill-Kummissjoni, l-Istat Membru konċernat jista' jadotta l-miżuri u japplikahom għal perijodu ta' mhux aktar minn sentejn jew sal-waqt meta ir-riskju makroprudenzjali jew sistemiku ma jibqax jeżisti jekk dan iseħħ qabel.
|
|
Artikolu 458 5.
|
Stati Membri oħra jistgħu jirrikonoxxu l-miżuri adottati f'konformità ma' dan l-Artikolu u japplikawhom għal istituzzjonijiet awtorizzati domestikament, li jkollhom fergħat jew ikollhom skoperturi li jinsabu fl-Istat Membru awtorizzat li japplika l-miżura.
|
|
Artikolu 458 6.
|
Meta l-Istati Membri jirrikonoxxu l-miżuri stabbiliti f'konformità ma' dan l-Artikolu, għandhom jinnotifikaw lill-BERS. Il-BERS għandu jgħaddi dawn in-notifiki minnufih lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-EBA u lill-Istat Membru awtorizzat biex japplika l-miżuri.
|
|
Artikolu 458 7.
|
Meta jkun qed jiddeċiedi jekk jirrikonoxxix il-miżuri stabbiliti skont dan l-Artikolu, l-Istat Membru għandu jqis il-kriterji mniżżlin fil-paragrafu4.
|
|
Artikolu 458 8.
|
L-Istat Membru awtorizzat biex japplika l-miżuri jista' jitlob lill-BERS biex joħroġ rakkomandazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010 lil Stat Membru jew aktar li ma jirrikonoxxux il-miżuri.
|
|
Artikolu 458 9.
|
Qabel l-iskadenza tal-awtorizzazzjoni maħruġa f'konformità mal-paragrafi 2 u 4, l-Istat Membru kkonċernat għandu, f'konsultazzjoni mal-BERS, mal-EBA u mal-Kummissjoni, jirrieżamina s-sitwazzjoni u jista' jadotta, f'konformità mal-proċedura msemmija fil-paragrafi 2 u 4, deċiżjoni ġdida għall-estensjoni tal-perjodu ta' applikazzjoni tal-miżuri nazzjonali għal mhux aktar minn sentejn addizzjonali kull darba.
|
|
Artikolu 458 10.
|
Minkejja l-proċedura kif stabbilit fil-paragrafi 3 sa 9 ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jitħallew iżidu l-ponderazzjonijiet tar-riskju lil hinn minn dawk previsti f'dan ir-Regolament b'sa mhux aktar minn 25 %, għal dawk l-iskoperturi identifikati fil-punti (d)(iv) u (d)(vii) tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u jirrestrinġu l-limitu ta' skopertura kbira previst fl-Artikolu 395 b'sa mhux aktar minn 15 % għal perijodu ta' mhux aktar minn sentejn jew sa meta r-riskju makroprudenzjali jew sistemiku ma jibqax jeżisti jekk dan iseħħ qabel, dment li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet u r-rekwiżiti ta' notifika stipulati fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|