+Artikolu 458 2.

Artikolu 458 2.

Fejn l-awtorità nominata f'konformità mal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu tidentifika bidliet fl-intensità ta' riskju makroprudenzjali jew sistemiku fis-sistema finanzjarja bil-potenzjal ta' konsegwenzi negattivi serji għas-sistema finanzjarja u l-ekonomija reali fi Stat Membru speċifiku u li dik l-awtorità tqis li ma jistgħux jiġu indirizzati permezz ta' għodod makroprudenzjali oħra stipulati f'dan ir-Regolament u d-Direttiva 2013/36/UE b'mod effettiv daqs l-implimentazzjoni ta' miżuri nazzjonali aktar stretti, hija għandha tinnotifika dan lill-Kummissjoni u lill-BERS. Il-BERS għandu jibgħat in-notifika lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, u lill-ABE mingħajr dewmien.

In-notifika għandha tkun akkumpanjata mid-dokumenti li ġejjin u tinkludi, fejn adatt, evidenza kwantitattiva jew kwalitattiva rilevanti dwar:

(a) 

il-bidliet fl-intensità ta' riskju makroprudenzjali jew sistemiku;

(b) 

ir-raġunijiet għalfejn tali bidliet jistgħu joħolqu theddida għall-istabbiltà finanzjarja fil-livell nazzjonali jew għall-ekonomija reali;

(c) 

spjegazzjoni dwar għaliex l-awtorità tqis li l-għodod makroprudenzjali stipulati fl-Artikoli 124 u 164 ta' dan ir-Regolament u l-Artikoli 133 u 136 tad-Direttiva 2013/36/UE jkunu inqas adatti u effettivi biex jittrattaw dawk ir-riskji milli l-abbozz ta' miżuri nazzjonali msemmija fil-punt (d) ta' dan il-paragrafu;

(d) 

l-abbozz ta' miżuri nazzjonali għal istituzzjonijiet awtorizzati domestikament, jew subsett ta' dawk l-istituzzjonijiet, maħsuba għall-mitigazzjoni tal-bidliet fl-intensità ta' riskju u dwar:

(i) 

il-livell ta' fondi proprji stabbiliti fl-Artikolu 92;

(ii) 

ir-rekwiżiti għal skoperturi kbar stabbiliti fl-Artikolu 392 u l-Artikoli 395 sa 403;

(iii) 

rekwiżiti ta' likwidità stabbiliti fil-Parti Sitta;

(iv) 

ponderazzjonijiet tar-riskju għall-individwar ta' bżieżaq spekulattivi ta' assi fis-settur tal-proprjetà residenzjali u tal-proprjetà immobbli kummerċjali;

(v) 

ir-rekwiżiti ta' divulgazzjoni pubblika stabbiliti fil-Parti Tmienja;

(vi) 

il-livell tal-buffer ta' konservazzjoni tal-kapital stabbilit fl-Artikolu 129 tad-Direttiva 2013/36/UE; jew

(vii) 

skoperturi fi ħdan is-settur finanzjarju;

(e) 

spjegazzjoni dwar għalfejn l-abbozz ta' miżuri jitqiesu mill-awtorità nominata f'konformità mal-paragrafu 1 li jkunu adatti, effettivi u proporzjonati biex jindirizzaw is-sitwazzjoni; u

(f) 

valutazzjoni tal-impatt pożittiv jew negattiv probabbli tal-abbozz ta' miżuri dwar is-suq intern ibbażata fuq informazzjoni li tkun disponibbli għall-Istat Membru konċernat.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit