+Artikoli 57 Prodotti b’elementi diġitali konformi li jippreżentaw riskju sinifikanti għaċ-ċibersigurtà
---+Artikoli 57 1.
---+Artikoli 57 2.
---+Artikoli 57 3.
---+Artikoli 57 4.
---+Artikoli 57 5.
---+Artikoli 57 6.
---+Artikoli 57 7.
---+Artikoli 57 8.
---+Artikoli 57 9.
---+Artikoli 57 10.
---+Artikoli 57 11.
|
Artikoli 57 Prodotti b’elementi diġitali konformi li jippreżentaw riskju sinifikanti għaċ-ċibersigurtà
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikoli 57 1.
|
L-awtorità tas-sorveljanza tas-suq ta’ Stat Membru għandha tesiġi li operatur ekonomiku jieħu l-miżuri xierqa kollha fejn, wara li tkun wettqet evalwazzjoni skont l-Artikolu 54, issib li għalkemm prodott b’elementi diġitali u l-proċessi stabbiliti mill-manifattur ikunu konformi ma’ dan ir-Regolament, dawn jippreżentaw riskju sinifikanti għaċ-ċibersigurtà kif ukoll riskju għal dan li ġej:
(a)
is-saħħa jew is-sikurezza tal-persuni;
(b)
il-konformità mal-obbligi skont id-dritt tal-Unjoni jew il-liġi nazzjonali maħsuba biex jipproteġu d-drittijiet fundamentali;
(c)
id-disponibbiltà, l-awtentiċità, l-integrità jew il-kunfidenzjalità tas-servizzi offruti permezz ta’ sistema ta’ informazzjoni elettronika mill-entitajiet essenzjali kif imsemmija fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva (UE) 2022/2555; jew
(d)
aspetti oħra tal-protezzjoni tal-interess pubbliku.
Il-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu jistgħu jinkludu miżuri maħsuba biex jiżguraw li l-prodott b’elementi diġitali kkonċernat u l-proċessi stabbiliti mill-manifattur ma jibqgħux jippreżentaw ir-riskji rilevanti meta l-prodott b’elementi diġitali kkonċernat isir disponibbli fis-suq, jiġi rtirat mis-suq jew jissejjaħ lura, u għandhom ikunu jaqblu man-natura ta’ dawk ir-riskji.
|
|
Artikoli 57 2.
|
Il-manifattur jew operaturi ekonomiċi rilevanti oħra għandhom jiżguraw li tittieħed azzjoni korrettiva fir-rigward tal-prodotti b’elementi diġitali kkonċernati li jkunu qiegħdu għad-dispożizzjoni fis-suq fl-Unjoni kollha fl-iskeda ta’ żmien stabbilita mill-awtorità tas-sorveljanza tas-suq tal-Istat Membru msemmija fil-paragrafu 1.
|
|
Artikoli 57 3.
|
L-Istat Membru għandu jinforma minnufih lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar il-miżuri li jkun ħa skont il-paragrafu 1. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi d-dettalji kollha disponibbli, b’mod partikolari d-data neċessarja għall-identifikazzjoni tal-prodotti b’elementi diġitali kkonċernati, l-oriġini u l-katina tal-provvista ta’ dawk il-prodotti b’elementi diġitali, in-natura tar-riskju involut u n-natura u tad-durata tal-miżuri nazzjonali meħuda.
|
|
Artikoli 57 4.
|
Il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tidħol f’konsultazzjoni mal-Istati Membri u mal-operatur ekonomiku rilevanti u għandha tevalwa l-miżuri nazzjonali meħudin. Fuq il-bażi tar-riżultati ta’ dik l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk il-miżura tkunx ġustifikata jew le, u fejn ikun meħtieġ, tipproponi miżuri xierqa.
|
|
Artikoli 57 5.
|
Il-Kummissjoni għandha tindirizza d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 4 lill-Istati Membri.
|
|
Artikoli 57 6.
|
Fejn il-Kummissjoni jkollha raġuni suffiċjenti biex tikkunsidra, fosthom abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-ENISA, li prodott b’elementi diġitali, għalkemm konformi ma’ dan ir-Regolament, jippreżenta r-riskji msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, hija għandha tinforma lill-awtorità jew lill-awtoritajiet rilevanti tas-sorveljanza tas-suq u titlobhom iwettqu evalwazzjoni u jsegwu l-proċeduri msemmija fl-Artikolu 54 u fil-paragrafi 1, 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu.
|
|
Artikoli 57 7.
|
F’ċirkostanzi li jiġġustifikaw intervent immedjat biex jiġi ppreservat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern u fejn il-Kummissjoni jkollha raġuni suffiċjenti biex tqis li l-prodott b’elementi diġitali msemmi fil-paragrafu 6 jkompli jippreżenta r-riskji msemmija fil-paragrafu 1, u ma tkun ittieħdet l-ebda miżura effettiva min-naħa tal-awtoritajiet nazzjonali rilevanti tas-sorveljanza tas-suq, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni tar-riskji ppreżentati minn dak il-prodott b’elementi diġitali u tista’ titlob lill-ENISA tipprovdi analiżi b’appoġġ għal dik l-evalwazzjoni u għandha tinforma lill-awtoritajiet rilevanti tas-sorveljanza tas-suq kif xieraq. L-operaturi ekonomiċi rilevanti għandhom jikkooperaw mal-ENISA kif meħtieġ.
|
|
Artikoli 57 8.
|
Abbażi tal-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 7, il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi li miżura korrettiva jew restrittiva hija meħtieġa fil-livell tal-Unjoni. Għal dak il-għan, hija għandha tikkonsulta mingħajr dewmien lill-Istati Membri kkonċernati u lill-operatur ekonomiku jew lill-operaturi ekonomiċi rilevanti.
|
|
Artikoli 57 9.
|
Abbażi tal-konsultazzjoni msemmija fil-paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tiddeċiedi dwar miżuri korrettivi jew restrittivi fil-livell tal-Unjoni, inkluż li tesiġi li l-prodotti b’elementi diġitali kkonċernati jiġu rtirati mis-suq, jew imsejħa lura, fi żmien perjodu raġonevoli, li jkun jaqbel man-natura tar-riskju. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 62(2).
|
|
Artikoli 57 10.
|
Il-Kummissjoni għandha tikkomunika minnufih l-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 9 lill-operatur ekonomiku jew lill-operaturi ekonomiċi rilevanti. L-Istati Membri għandhom jimplimentaw dawk l-atti ta’ implimentazzjoni mingħajr dewmien u għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dan.
|
|
Artikoli 57 11.
|
Il-paragrafi 6 sa 10 għandhom japplikaw għad-durata tas-sitwazzjoni eċċezzjonali li ġġustifikat l-intervent tal-Kummissjoni u sakemm il-prodott b’element diġitali kkonċernat jibqa’ jippreżenta r-riskji msemmija fil-paragrafu 1.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|