+Artikolu 5 Trasferimenti ta’ fondi fl-Unjoni
---+Artikolu 5 1
---+Artikolu 5 2
---+Artikolu 5 3

Artikolu 5 Trasferimenti ta’ fondi fl-Unjoni

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 5 1

1.   B’deroga mill-Artikolu 4(1) u (2), fejn il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament kollha involuti fil-katina tal-pagamenti huma stabbiliti fl-Unjoni, it-trasferimenti ta’ fondi għandhom ikunu akkumpanjati tal-inqas min-numru tal-kont tal-pagamenti kemm tal-pagatur kif ukoll tal-prenditur jew, fejn ikun japplika l-Artikolu 4(3), mill-identifikatur uniku tat-tranżazzjoni, mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti tal-informazzjoni stipulati fir-Regolament (UE) Nru 260/2012 fejn applikabbli.

Artikolu 5 2

2.   Minkejja l-paragrafu 1, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur għandu, fi żmien tlett ijiem ta’ xogħol minn meta jirċievi talba għall-informazzjoni mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-prenditur jew mill-fornitur intermedjarju tas-servizzi ta’ pagament, jagħmel disponibbli dawn li ġejjin:

(a)

għal trasferimenti ta’ fondi li jaqbżu l-EUR 1 000, kemm jekk tali trasferimenti jsiru fi tranżazzjoni waħda kif ukoll jekk isiru f’diversi tranżazzjonijiet li jkunu jidhru marbutin, l-informazzjoni dwar il-pagatur jew il-prenditur f’konformità mal-Artikolu 4;

(b)

għal trasferimenti ta’ fondi li ma jaqbżux l-EUR 1 000 u li ma jidhrux li huma marbuta ma’ trasferimenti oħra ta’ fondi li, flimkien mat-trasferiment inkwistjoni, jaqbżu l-EUR 1 000, tal-inqas:

(i)

l-isem tal-pagatur u l-isem tal-prenditur; u

(ii)

in-numri tal-kont tal-pagamenti kemm tal-pagatur kif ukoll tal-prenditur jew, fejn ikun japplika l-Artikolu 4(3), l-identifikatur uniku tat-tranżazzjoni.

Artikolu 5 3

3.   B’deroga mill-Artikolu 4(4), fil-każ ta’ trasferimenti ta’ fondi msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (b), ta’ dan l-Artikolu, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur mhuwiex meħtieġ li jivverifika l-informazzjoni dwar il-pagatur sakemm il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur:

(a)

ma jkunx irċieva l-fondi li għandhom jiġu trasferiti fi flus jew fi flus elettroniċi anonimi; jew

(b)

ma jkollux raġunijiet raġonevoli għal suspett ta’ ħasil tal-flus jew ta’ finanzjament tat-terroriżmu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit