2. B’deroga mill-Artikolu 4(1), u, fejn applikabbli, mingħajr preġudizzju għall-informazzjoni meħtieġa f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 260/2012, fejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-prenditur jkun stabbilit barra l-Unjoni, it-trasferimenti ta’ fondi li ma jaqbżux l-EUR 1 000 li ma jidhrux li huma marbuta ma’ trasferimenti oħra ta’ fondi li, flimkien mat-trasferiment inkwistjoni, jaqbżu l-EUR 1 000, għandhom ikunu akkumpanjati minn tal-anqas:
|
(a)
|
l-isem tal-pagatur u l-isem tal-prenditur; u
|
|
(b)
|
in-numri tal-kont tal-pagamenti kemm tal-pagatur kif ukoll tal-prenditur jew, fejn ikun japplika l-Artikolu 4(3), l-identifikatur uniku tat-tranżazzjoni.
|
B’deroga mill-Artikolu 4(4), mhuwiex meħtieġ li l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur jivverifika l-informazzjoni dwar il-pagatur imsemmija f’dan il-paragrafu, sakemm il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur:
|
(a)
|
ma jkunx irċieva l-fondi li għandhom jiġu trasferiti fi flus jew fi flus elettroniċi anonimi; jew
|
|
(b)
|
ma jkollux raġunijiet raġonevoli għal suspett ta’ ħasil tal-flus jew ta’ finanzjament tat-terroriżmu.
|