+Artikolu 180 1.

Artikolu 180 1.

►M17  Fil-kwantifikazzjoni tal-parametri tar-riskju li għandhom jiġu assoċjati ma' gradi jew aggregazzjonijiet ta' klassifikazzjoni, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin speċifiċi għall-istima tal-PD għal skoperturi għal gvernijiet ċentrali u banek ċentrali, skoperturi għal gvernijiet reġjonali, awtoritajiet lokali u entitajiet tas-settur pubbliku, skoperturi għal istituzzjonijiet u skoperturi għal korporattivi: ◄

(a) 

l-istituzzjonijiet għandhom jistmaw il-PDs skont il-grad tad-debitur minn medji fuq tul ta’ żmien ta’ rati ta’ inadempjenza ta’ sena. L-istimi tal-PD għal debituri li għandhom lieva finanzjarja qawwija jew għal debituri li l-assi tagħhom huma prinċipalment assi negozjati għandhom jirreflettu l-prestazzjoni tal-assi sottostanti abbażi ta’ perijodi ta’ volatilitajiet taħt stress;

(b) 

għal riċevibbli korporattivi mixtrija, l-istituzzjonijiet jistgħu jistmaw l-EL skont il-grad tad-debitur minn medji fuq tul ta’ żmien ta’ rati ta’ inadempjenza ta’ sena;

(c) 

jekk l-istituzzjoni tidderivi stimi medji fuq tul ta’ żmien tal-PDs u l-LGDs għal riċevibbli korporattivi mixtrija minn stima tal-EL, u stima adegwata tal-PD jew l-LGD, il-proċess ta’ stima tat-telf totali għandu jissodisfa l-istandards kumplessivi għall-istima tal-PD u tal-LGD stabbiliti f’din il-parti, u r-riżultat għandu jkun konsistenti mal-kunċett ta’ LGD kif stabbilit fl-Artikolu 181(1)(a);

(d) 

l-istituzzjonijiet għandhom jużaw it-tekniki ta’ stima tal-PD dejjem flimkien ma’ analiżi ta’ sostenn. L-istituzzjonijiet għandhom jirrikonxxu l-importanza tal-konsiderazzjonijiet ta’ ġudizzju meta jgħaqqdu r-riżultati tat-tekniki u meta jagħmlu aġġustamenti għal-limitazzjonijiet tat-tekniki u l-informazzjoni;

▼M17

(e) 

sa fejn li l-istituzzjoni tuża data fuq esperjenza interna ta' inadempjenza għall-istima tal-PDs, l-istimi għandhom jirriflettu l-istandards ta' sottoskrizzjoni attwali u ta' kwalunkwe differenza fis-sistema ta' klassifikazzjoni li ġġenerat id-data u s-sistema ta' klassifikazzjoni attwali; fejn l-istandards ta' sottoskrizzjoni jew is-sistemi ta' klassifikazzjoni jkunu nbidlu, wara li jiġi inkluż aġġustament xieraq, l-istituzzjoni għandha żżid marġni akbar ta' konservattiviżmu fl-istima tagħha tal-PD relatati mal-medda mistennija ta' żbalji fl-istima li ma tkunx diġà koperta mill-aġġustament xieraq;

▼B

(f) 

sakemm l-istituzzjoni tassoċja l-gradi interni tagħha skont l-iskala użata minn ECAI jew organizzazzjonijiet simili u mbagħad tattribwixxi r-rata ta’ inadempjenza osservata għall-gradi tal-organizzazzjoni esterna għall-gradi tal-istituzzjoni, dawn l-assoċjazzjonijiet (mappings) għandhom ikun ibbażati fuq il-paragun tal-kriterji tal-klassifikazzjoni interni mal-kriterji użati mill-organizzazzjoni esterna u fuq il-paragun mal-klassifikazzjonijiet interni jew esterni ta’ kwalunkwe debitur komuni. Għandhom jiġu evitati l-preġudizzji jew l-inkonsistenzi fil-metodu tal-assoċjazzjoni jew fid-data sottostanti. Il-kriterji tal-organizzazzjoni esterna sottostanti għad-data użata għall-kwantifikazzjoni għandhom jiġu orjentati għar-riskju ta’ inadempjenza biss u mhux jirreflettu l-karatteristiċi tat-transazzjoni. L-analiżi mwettqa mill-istituzzjoni għandha tinkludi paragun tad-definizzjonijiet ta’ inadempjenzi użati, soġġett għar-rekwiżiti fl-Artikolu 178. L-istituzzjoni għandha tiddokumenta l-kriterji abbażi tal-assoċjazzjonijiet;

(g) 

sakemm dik l-istituzzjoni tuża l-mudelli statistiċi ta’ tbassir tal-inadempjenza, din titħalla tistma l-PDs bħala l-medja sempliċi tal-istimi tal-probabbiltà ta’ inadempjenza għal debituri individwali fi grad partikolari. L-użu li l-istituzzjoni tagħmel mill-mudelli ta’ probabbiltà ta’ inadempjenza għal dan il-għan għandu jissodisfa l-istandards speċifikati fl-Artikolu 174;

▼M17

(h) 

irrispettivament minn jekk istituzzjoni hijiex tuża sorsi ta' data esterni, interni jew aggregati jew inkella kombinazzjoni ta' dawn it-tlieta, għall-istima tagħha tal-PD, it-tul tal-perjodu tal-osservazzjoni storika sottostanti użat għandu jkun tal-inqas ħames snin għal tal-inqas sors wieħed;

▼M17

(i) 

irrispettivament mill-metodu użat għall-istima tal-PD, l-istituzzjonijiet għandhom jistmaw PD għal kull grad ta' klassifikazzjoni abbażi tar-rata ta' inadempjenza medja storika osservata ta' sena li hija medja aritmetika bbażata fuq in-numru ta' debituri (ponderati għall-għadd); approċċi oħrajn, inkluż medji ponderati għall-iskoperturi, ma għandhomx ikunu permessi.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (h), ta' dan il-paragrafu meta l-perjodu ta' osservazzjoni disponibbli jkopri perjodu itwal għal kwalunkwe sors, u meta dik id-data tkun rilevanti, għandu jintuża dak il-perjodu itwal. Id-data għandha tinkludi taħlita rappreżentattiva ta' snin tajbin u ħżiena taċ-ċiklu ekonomiku rilevanti għat-tip ta' skoperturi. Soġġett għall-permess tal-awtoritajiet kompetenti, l-istituzzjonijiet li ma jkunux rċevew il-permess tal-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 143 biex jużaw l-istimi proprji tal-LGD jew biex jużaw l-IRB-CCF, jistgħu jużaw, meta jimplimentaw l-Approċċ IRB, id-data rilevanti li tkopri perjodu ta' sentejn. Il-perjodu li għandu jiġi kopert għandu jiżdied b'sena kull sena sakemm id-data rilevanti tkopri mill-inqas ħames snin.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit