|
+Artikolu 197 1. |
Artikolu 197 1.L-istituzzjonijiet jistgħu jużaw l-elementi li ġejjin bħala kollateral eliġibbli skont l-approċċi u l-metodi kollha:
(a)
flus depożitati ma’, jew strumenti assimilati ta’ flus miżmuma mill-istituzzjoni mutwanti;
(b)
titoli ta’ dejn, maħruġa minn gvernijiet ċentrali jew banek ċentrali, li għandhom valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI jew aġenzija ta’ kreditu għall-esportazzjoni fejn:
(i)
l-ECAI jew l-aġenzija ta’ kreditu għall-esportazzjoni tkun ġiet nominata mill-istituzzjoni għall-finijiet tal-Kapitolu 2; u
(ii)
il-valutazzjoni tal-kreditu tkun ġiet iddeterminata mill-EBA li hija assoċjata mal-iskala 1, 2, 3 jew 4 tal-kwalità kreditizja skont ir-regoli għall-peżar tar-riskju ta’ skoperturi għal gvernijiet ċentrali u għal banek ċentrali skont il-Kapitolu 2;
(c)
titoli ta’ dejn, maħruġa minn istituzzjonijiet, li għandhom valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI fejn:
(i)
l-ECAI tkun ġiet nominata mill-istituzzjoni għall-finijiet tal-Kapitolu 2; u
(ii)
il-valutazzjoni tal-kreditu tkun ġiet iddeterminata mill-EBA li hija assoċjata mal-iskala 1, 2 jew 3 tal-kwalità kreditizja skont ir-regoli għall-peżar tar-riskju ta’ skoperturi għal istituzzjonijiet skont il-Kapitolu 2;
(d)
titoli ta’ dejn, maħruġa minn entitajiet oħra, li għandhom valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI fejn:
(i)
l-ECAI tkun ġiet nominata mill-istituzzjoni għall-finijiet tal-Kapitolu 2; u
(ii)
il-valutazzjoni tal-kreditu tkun ġiet iddeterminata mill-EBA li hija assoċjata mal-iskala 1, 2 jew 3 tal-kwalità kreditizja skont ir-regoli għall-peżar tar-riskju ta’ skoperturi għal korporattivi skont il-Kapitolu 2;
(e)
titoli ta’ dejn li għandhom valutazzjoni tal-kreditu b’terminu qasir minn ECAI fejn:
(i)
l-ECAI tkun ġiet nominata mill-istituzzjoni għall-finijiet tal-Kapitolu 2; u
(ii)
il-valutazzjoni tal-kreditu tkun ġiet iddeterminata mill-EBA li hija assoċjata mal-iskala 1, 2 jew 3 tal-kwalità kreditizja skont ir-regoli għall-peżar tar-riskju ta’ skoperturi fuq terminu qasir skont il-Kapitolu 2;
(f)
ekwitajiet jew bonds konvertibbli li huma inklużi f’indiċi ewlieni;
(g)
ingott tad-deheb;
(h)
pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni li mhumiex pożizzjonijiet ta’ rititolizzazzjoni u li huma soġġetti għal piż ta’ riskju ta’ 100 % jew inqas skont l-Artikoli minn 261 sa 264 rispettivament. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|