+Artikolu 236a Kalkolu tal-ammonti tal-iskoperturi ponderati għar-riskju u l-ammonti ta' telf mistenni skont l-approċċ ta' sostituzzjoni meta l-iskopertura garantita tiġi ttrattata skont l-Approċċ IRB bl-użu ta' stimi proprji tal-LGD u skopertura diretta komparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni tiġi ttrattata skont l-Approċċ IRB
---+Artikolu 236a 1.
---+Artikolu 236a 2.
---+Artikolu 236a 3.
---+Artikolu 236a 4.
---+Artikolu 236a 5.

Artikolu 236a Kalkolu tal-ammonti tal-iskoperturi ponderati għar-riskju u l-ammonti ta' telf mistenni skont l-approċċ ta' sostituzzjoni meta l-iskopertura garantita tiġi ttrattata skont l-Approċċ IRB bl-użu ta' stimi proprji tal-LGD u skopertura diretta komparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni tiġi ttrattata skont l-Approċċ IRB

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 236a 1.
Għal skopertura bi protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata li għaliha istituzzjoni tapplika l-Approċċ IRB stabbilit fil-Kapitolu 3 li tuża l-istimi proprji ta' LGD tagħha u meta skoperturi diretti komparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni jiġu ttrattati skont l-Approċċ IRB stabbilit fil-Kapitolu 3, iżda mingħajr ma tuża l-istimi proprji ta' LGD tagħha, l-istituzzjoni għandha tiddetermina il-parti koperta tal-iskopertura bħala l-aktar baxx bejn il-valur tal-iskopertura (E) u l-valur aġġustat tal-protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata (GA), ikkalkulat f'konformità mal-Artikolu 235a(1). L-istituzzjoni għandha tikkalkula l-ammont tal-iskopertura ponderata għar-riskju u l-ammont ta' telf mistenni għall-parti koperta tal-valur tal-iskopertura bl-użu tal-PD, tal-LGD u tal-istess funzjoni tal-piż tar-riskju bħal dawk użati għal skopertura diretta komparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni, u, fejn applikabbli, għandha tuża l-maturità (M) relatata mal-iskopertura sottostanti, ikkalkulata f'konformità mal-Artikolu 162.
Artikolu 236a 2.
L-istituzzjonijiet li japplikaw l-Approċċ IRB stabbilit fil-Kapitolu 3, iżda mingħajr ma jużaw l-istimi proprji ta' LGD tagħhom għal skoperturi diretti komparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni, għandhom jiddeterminaw l-LGD f'konformità mal-Artikolu 161(1). Għal skoperturi subordinati u għal protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata mhux subordinata, l-LGD li għandu jiġi applikat mill-istituzzjonijiet għall-parti koperta tal-valur tal-iskopertura għandu jkun l-LGD assoċjat ma' pretensjonijiet prijoritarji u l-istituzzjonijiet jistgħu jammontaw għal kwalunkwe protezzjoni ta' kreditu finanzjata li tiggarantixxi l-protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata f'konformità ma' dan il-Kapitolu.
Artikolu 236a 3.
L-istituzzjonijiet li japplikaw l-Approċċ IRB stabbilit fil-Kapitolu 3 billi jużaw l-istimi proprji ta' LGD tagħhom għal skoperturi diretti komparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni, għandhom jikkalkulaw il-piż tar-riskju u t-telf mistenni applikabbli għall-parti koperta tal-iskopertura sottostanti billi jużaw il-PD, l-LGD u l-istess funzjoni tal-piż tar-riskju bħal dawk użati għal skopertura diretta komparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni, u, fejn applikabbli, għandhom jużaw il-maturità (M) relatata mal-iskopertura sottostanti, ikkalkulata f'konformità mal-Artikolu 162.
Artikolu 236a 4.
L-istituzzjonijiet li japplikaw l-Approċċ IRB għal skoperturi diretti komparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni billi jużaw il-metodu previst fl-Artikolu 153(5) għandhom jużaw il-piż tar-riskju u t-telf mistenni applikabbli għall-parti koperta tal-iskopertura li jikkorrispondu għal dawk previsti fl-Artikoli 153(5) u 158(6).
Artikolu 236a 5.
Għal kwalunkwe parti mhux koperta tal-valur tal-iskopertura (E), l-istituzzjonijiet għandhom jużaw il-piż tar-riskju u t-telf mistenni li jikkorrispondu għall-iskopertura sottostanti. Għall-kalkolu stabbilit fl-Artikolu 159, l-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw kwalunkwe aġġustament ġenerali jew speċifiku għar-riskju ta' kreditu jew kwalunkwe aġġustament addizzjonali fil-valur f'konformità mal-Artikolu 34 b'rabta man-negozju tal-portafoll mhux tan-negozjar tal-istituzzjoni jew tnaqqis ieħor ta' fondi proprji b'rabta mal-iskopertura, għajr it-tnaqqis magħmul f'konformità mal-Artikolu 36(1), il-punt (m), għall-parti mhux koperta tal-valur tal-iskopertura.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit