+Artikolu 325i Trattament ta’ strumenti indiċi u strumenti multisottostanti oħra
---+Artikolu 325i 1.
---+Artikolu 325i 2.
---+Artikolu 325i 3.
---+Artikolu 325i 4.
---+Artikolu 325i 5.
---+Artikolu 325i 6.
|
Artikolu 325i Trattament ta’ strumenti indiċi u strumenti multisottostanti oħra
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 325i 1.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jużaw approċċ look-through għall-istrumenti indiċi u strumenti multisottostanti oħra skont dan li ġej:
(a)
għall-finijiet ta’ kkalkular tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji; għar-riskju delta u ta’ kurvatura, l-istituzzjonijiet għandhom iqisu li huma detenturi ta’ pożizzjonijiet individwali fil-kostitwenti sottostanti tal-indiċi jew strumenti multisottostanti oħra, ħlief għal pożizzjoni f’indiċi inkluż fl-ACTP li għalih għandhom jikkalkulaw sensittività unika għall-indiċi;
(b)
l-istituzzjonijiet huma permessi li jinnettjaw is-sensittivitajiet għal fattur tar-riskju ta’ kostitwent partikolari ta’ strument indiċi jew strument ieħor multisottostanti bis-sensittivitajiet għall-istess fattur ta’ riskju tal-istess kostitwent ta’ strumenti b’isem uniku, ħlief għall-pożizzjonijiet inklużi fl-ACTP;
(c)
għall-finijiet ta’ kkalkular tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju vega, l-istituzzjonijiet jistgħu jew jikkunsidraw li huma detenturi tal-pożizzjonijiet individwali fil-kostitwenti sottostanti tal-indiċi jew strumenti sottostanti oħra, jew jikkalkulaw sensittività unika għas-sottostanti ta’ dak l-istrument. F’dan il-każ tal-aħħar, l-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw is-sensittività unika lill-bucket rilevanti kif stabbilit fis-Subtaqsima 1 tat-Taqsima 6 kif ġej:
(i)
meta, jiġu kkunsidrati l-piżijiet ta’ dak l-indiċi, aktar minn 75 % tal-kostitwenti f’dak l-indiċi jkunu mmappjati fl-istess bucket, l-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw is-sensittività għal dak il-bucket u jittrattawha bħala sensittività b’isem uniku f’dak il-bucket;
(ii)
fil-każijiet l-oħra kollha, l-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw is-sensittività lill-indiċi tal-bucket rilevanti.
|
|
Artikolu 325i 2.
|
Permezz ta’ deroga mill-punt (a) tal-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet jistgħu jikkalkulaw sensittività unika għal pożizzjoni f’indiċi kwotat ta’ ekwità jew ta’ kreditu għall-finijiet tal-ikkalkular tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskji delta u ta’ kurvatura dment li l-indiċi kwotat ta’ ekwità jew ta’ kreditu jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3. F’dak il-każ, l-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw is-sensittività unika lill-bucket rilevanti kif stabbilit fis-Subtaqsima 1 tat-Taqsima 6 kif ġej:
(a)
meta, jiġu kkunsidrati l-piżijiet ta’ dak l-indiċi kwotat, aktar minn 75 % tal-kostitwenti f’dak l-indiċi kwotat ikunu mmappjati fl-istess bucket, dik is-sensittività għandha tiġi assenjata għal dak il-bucket u trattata bħala sensittività b’isem uniku f’dak il-bucket;
(b)
fil-każijiet l-oħra kollha, l-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw is-sensittività lill-bucket tal-indiċi kwotat rilevanti.
|
|
Artikolu 325i 3.
|
L-istituzzjonijiet jistgħu jużaw l-approċċ stabbilit fil-paragrafu 2 għall-istrumenti li jirreferu għal indiċi kwotat ta’ ekwità jew ta’ kreditu fejn jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
il-kostitwenti tal-indiċi kwotat u l-piżijiet rispettivi f’dak l-indiċi huma magħrufa;
(b)
l-indiċi kwotat ikun fih minn tal-anqas 20 kostitwent;
(c)
l-ebda kostitwent uniku li jkun jinsab fl-indiċi kwotat ma jkun jirrappreżenta aktar minn 25 % tal-kapitalizzazzjoni totali tas-suq ta’ dak l-indiċi;
(d)
l-ebda sett li jkun jikkonsisti minn wieħed minn għaxra tal-għadd totali tal-kostitwenti tal-indiċi kwotat, aġġustat ’il fuq san-numru sħiħ li jkun imiss, ma jkun jirrappreżenta aktar minn 60 % tal-kapitalizzazzjoni totali tas-suq ta’ dak l-indiċi;
(e)
il-kapitalizzazzjoni totali tas-suq tal-kostitwenti kollha f’daqqa tal-indiċi kwotat ma tkunx anqas minn EUR 40 biljun.
|
|
Artikolu 325i 4.
|
Istituzzjoni għandha tuża biss, b’mod konsistenti maż-żmien, l-approċċ stabbilit fil-paragrafu 1 jew l-approċċ stabbilit fil-paragrafu 2 għall-istrumenti kollha li jirreferu għal indiċi kwotat ta’ ekwità jew ta’ kreditu li jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3. Istituzzjoni għandu jkollha l-permess minn qabel mingħand l-awtorità kompetenti qabel ma taqleb minn approċċ għall-ieħor.
|
|
Artikolu 325i 5.
|
Għal strument indiċi jew multisottostanti ieħor, l-inputs tas-sensittività għall-ikkalkular tar-riskju delta u ta’ kurvatura għandhom ikunu konsistenti, irrispettivament mill-approċċi użati għal dak l-istrument.
|
|
Artikolu 325i 6.
|
L-istrumenti indiċi jew multisottostanti li jġorru magħhom riskji residwi oħra kif imsemmija fl-Artikolu 325u(5) għandhom ikunu soġġetti għas-suppliment tar-riskju residwu msemmi fit-Taqsima 4.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|