|
+Artikolu 325bp 5. |
Artikolu 325bp 5.Biex tiġi simulata l-inadempjenza tal-emittenti fil-mudell intern għar-riskju ta' inadempjenza, l-istimi tal-istituzzjoni tal-probabbiltajiet ta' inadempjenza għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
(a)
il-probabbiltajiet ta' inadempjenza għandu jkollhom minimu ta' 0,01 % għal skoperturi li għalihom jiġi applikat piż tar-riskju ta' 0 % f'konformità mal-Artikoli 114 sa 118 u ta' 0,01 % għal bonds koperti li għalihom jiġi applikat piż tar-riskju ta' 10 % f'konformità mal-Artikolu 129; inkella, il-probabbiltajiet ta' inadempjenza għandu jkollhom minimu ta' 0,03 %;
(b)
il-probabbiltajiet ta' inadempjenza għandhom ikunu bbażati fuq perijodu ta' żmien ta' sena, sakemm mhux iddikjarat mod ieħor f'din it-Taqsima;
(c)
il-probabbiltajiet ta' inadempjenza għandhom jitkejlu bl-użu, waħidha jew flimkien mal-prezzijiet tas-suq attwali, id-data osservata matul perijodu storiku ta' mill-inqas ħames snin u tnaqqis estrem fil-prezzijiet tas-suq ekwivalenti għal avvenimenti ta' inadempjenzata' inadempjenzi reali li ġraw fil-passat; il-probabbiltajiet ta' inadempjenza m'għandhomx ikunu implikati biss mill-prezzijiet tas-suq attwali.
(d)
istituzzjoni li tkun ingħatat permess biex tistma l-probabbiltajiet ta' inadempjenza f'konformità mat-Taqsima 1 tal-Kapitolu 3 tat-Titolu II għall-klassi tal-iskoperturi u għas-sistema ta' klassifikazzjoni korrispondenti għal emittent partikolari għandha tuża l-metodoloġija stabbilita hemm sabiex tikkalkula l-probabbiltajiet ta' inadempjenza ta' dak l-emittent, dment li d-data għal tali stima tkun disponibbli;
(e)
istituzzjoni li ma tkunx ingħatat permess sabiex tistma l-probabbiltajiet ta' inadempjenza msemmija fil-punt (d) għandha tiżviluppa metodoloġija interna jew tuża sorsi esterni sabiex tistma dawn il-probabbiltajiet ta' inadempjenza b'mod konsistenti mar-rekwiżiti applikabbli għall-istimi tal-probabbiltà ta' inadempjenza skont dan l-Artikolu. Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (d), id-data sabiex jiġu stimati l-probabbiltajiet ta' inadempjenza ta' emittent partikolari ta' pożizzjoni tal-portafoll tan-negozjar tkun disponibbli meta, fid-data tal-kalkolu, l-istituzzjoni jkollha pożizzjoni tal-portafoll mhux tan-negozjar fuq l-istess debitur li għaliha tistma l-probabbiltajiet ta' inadempjenza f'konformità mat-Titolu II, il-Kapitolu 3, it-Taqsima 1 sabiex tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji tagħha stabbiliti f'dak il-Kapitolu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|