+Artikolu 383d Fatturi tar-riskju tal-kambju
---+Artikolu 383d 1.
---+Artikolu 383d 2.
---+Artikolu 383d 3.
|
Artikolu 383d Fatturi tar-riskju tal-kambju
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 383d 1.
|
Il-fatturi tar-riskju delta tal-kambju li għandhom jiġu applikati mill-istituzzjonijiet għall-istrumenti fil-portafoll ta' CVA sensittivi għar-rati tal-kambju spot għandhom ikunu r-rati spot tal-kambju bejn il-munita li fiha jkun iddenominat l-istrument u l-munita tar-rapportar tal-istituzzjoni jew il-munita bażi tal-istituzzjoni fejn l-istituzzjoni tkun qed tuża munita bażi f'konformità mal-Artikolu 325q(7). Għandu jkun hemm bucket wieħed għal kull sett ta' muniti akkoppjati, li tkun tinkludi fattur tar-riskju uniku u sensittività netta unika.
|
|
Artikolu 383d 2.
|
Il-fatturi tar-riskju vega tal-kambju li għandhom jiġu applikati mill-istituzzjonijiet għal strumenti f'portafoll ta' CVA sensittivi għall-volatilità tal-kambju għandhom ikunu l-volatilitajiet implikati tar-rati tal-kambju bejn il-muniti akkoppjati msemmija fil-paragrafu 1. Għandu jkun hemm bucket wieħed għall-muniti u għall-maturitajiet kollha, li jkun fih il-fatturi kollha tar-riskju vega tal-kambju u sensittività netta waħda.
|
|
Artikolu 383d 3.
|
L-istituzzjonijiet ma għandhomx ikunu meħtieġa jiddistingwu bejn varjanti onshore u offshore ta' munita għall-fatturi kollha tar-riskju delta u vega.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|