+Artikolu 386 Ħeġġijiet eliġibbli
---+Artikolu 386 1.
---+Artikolu 386 2.
---+Artikolu 386 3.
---+Artikolu 386 4.
---+Artikolu 386 5.
|
Artikolu 386 Ħeġġijiet eliġibbli
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 386 1.
|
Il-pożizzjonijiet fi strumenti għall-iħħeġġjar għandhom jiġu rikonoxxuti bħala ħeġġijiet eliġibbli għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' CVA f'konformità mal-Artikoli 383 u 384 meta dawk il-pożizzjonijiet jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha li ġejjin:
(a)
dawn jintużaw għall-fini tal-mitigazzjoni tar-riskju ta' CVA u jiġu mmaniġġati bħala tali;
(b)
dawn jistgħu jiġu konklużi ma' partijiet terzi jew mal-portafoll tan-negozjar tal-istituzzjoni bħala ħeġġ intern, u f'dak il-każ għandhom jikkonformaw mal-Artikolu 106(7);
(c)
huma biss il-pożizzjonijiet fi strumenti għall-iħħeġġjar kif imsemmi fil-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu li jistgħu jiġu rrikonoxxuti bħala ħeġġijiet eliġibbli għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' CVA f'konformità mal-Artikoli 383 u 384, rispettivament.
Għall-fini tal-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' CVA f'konformità mal-Artikolu 383, il-pożizzjonijiet fl-istrumenti għall-iħħeġġjar għandhom jiġu rikonoxxuti bħala ħeġġijiet eliġibbli meta, minbarra l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) sa (c) ta' dan il-paragrafu, tali strumenti għall-iħħeġġjar jiffurmaw pożizzjoni waħda f'ħeġġ eliġibbli u ma jinqasmux f'aktar minn pożizzjoni waħda f'aktar minn ħeġġ eliġibbli waħda.
|
|
Artikolu 386 2.
|
Għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' CVA f'konformità mal-Artikolu 383, huma biss il-pożizzjonijiet fl-istrumenti għall-iħħeġġjar li ġejjin li għandhom jiġu rrikonoxxuti bħala ħeġġijiet eliġibbli:
(a)
strumenti li jiħħeġġjaw il-varjabbiltà tal-firxiet tal-kreditu tal-kontroparti, bl-eċċezzjoni tal-istrumenti msemmija fl-Artikolu 325(5);
(b)
strumenti li jiħħeġġjaw il-varjabbiltà tal-komponent tal-iskopertura tar-riskju ta' CVA, bl-eċċezzjoni tal-istrumenti msemmija fl-Artikolu 325(5).
|
|
Artikolu 386 3.
|
Għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' CVA f'konformità mal-Artikolu 384, huma biss il-pożizzjonijiet fl-istrumenti għall-iħħeġġjar li ġejjin li għandhom jiġu rrikonoxxuti bħala ħeġġijiet eliġibbli:
(a)
swaps ta' inadempjenza tal-kreditu b'isem wieħed u swaps ta' inadempjenza tal-kreditu kontinġenti b'isem wieħed, li jirreferu għal:
(i)
il-kontroparti direttament;
(ii)
entità legalment relatata mal-kontroparti, fejn legalment relatata tirreferi għal każijiet li fihom l-isem ta' referenza u l-kontroparti jkunu jew impriża prinċipali u s-sussidjarja tagħha jew żewġ sussidjarji ta' impriża prinċipali komuni;
(iii)
entità li tappartjeni għall-istess settur u reġjun bħall-kontroparti;
(b)
swaps ta' inadempjenza tal-kreditu tal-indiċi.
|
|
Artikolu 386 4.
|
Il-pożizzjonijiet fi strumenti għall-iħħeġġjar konklużi ma' partijiet terzi li jkunu rikonoxxuti bħala ħeġġijiet eliġibbli f'konformità mal-paragrafi 1, 2 u 3 u inklużi fil-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' CVA m'għandhomx ikunu soġġetti għar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq stabbiliti fit-Titolu IV.
|
|
Artikolu 386 5.
|
Il-pożizzjonijiet fi strumenti għall-iħħeġġjar li mhumiex rikonoxxuti bħala ħeġġijiet eliġibbli f'konformità ma' dan l-Artikolu għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq stabbiliti fit-Titolu IV.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|