+Artikolu 390 Kalkolu tal-valur ta' skopertura
---+Artikolu 390 1.
---+Artikolu 390 2.
---+Artikolu 390 3.
---+Artikolu 390 4.
---+Artikolu 390 5.
---+Artikolu 390 6.
---+Artikolu 390 7.
---+Artikolu 390 8.
---+Artikolu 390 9.
|
Artikolu 390 Kalkolu tal-valur ta' skopertura
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 390 1.
|
L-iskoperturi totali għal grupp ta' klijenti konnessi għandhom jiġu kalkulati billi jingħaddu l-iskoperturi għall-klijenti individwali f'dak il-grupp.
|
|
Artikolu 390 2.
|
L-iskoperturi kumplessivi għall-klijenti individwali għandhom jiġu kalkulati billi jingħaddu l-iskoperturi fil-portafoll tan-negozjar u l-iskoperturi fil-portafoll mhux tan-negozjar.
|
|
Artikolu 390 3.
|
Għal skoperturi fil-portafoll tan-negozjar, l-istituzzjonijiet jistgħu:
(a)
ipaċu l-pożizzjonijiet twal u l-pożizzjonijiet qosra tagħhom fl-istess strumenti finanzjarji maħruġa minn klijent partikolari, bil-pożizzjoni netta f'kull strument differenti tiġi kalkulata f'konformità mal-metodi stabbiliti fil-Kapitolu 2 tat-Titolu IV tal-Parti Tlieta;
(b)
ipaċu l-pożizzjonijiet twal u l-pożizzjonijiet qosra tagħhom fi strumenti finanzjarji differenti maħruġa minn klijent partikolari, iżda biss meta l-istrument finanzjarju li jsostni l-pożizzjoni qasira tkun subordinata għall-istrument finanzjarju li jsostni l-pożizzjoni twila jew fejn l-istrumenti sottostanti jkunu tal-istess superjorità.
Għall-finijiet tal-punti (a) u (b), jistgħu jiġu allokati strumenti finanzjarji f'buckets abbażi ta' gradi differenti ta' superjorità sabiex tiġi determinata s-superjorità relattiva tal-pożizzjonijiet.
|
|
Artikolu 390 4.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-valuri tal-iskopertura tal-kuntratti tad-derivattivi elenkati fl-Anness II u ta' kuntratti tad-derivattivi ta' kreditu li jkunu daħlu fihom direttament ma' klijent f'konformità ma' wieħed mill-metodi stabbiliti fit-Taqsimiet 3, 4 u 5 tal-Kapitolu 6 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta, kif applikabbli. L-iskoperturi li jirriżultaw mit-tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 378, 379 u 380 għandhom jiġu kalkulati bil-mod stabbilit f'dawk l-Artikoli. Meta jikkalkulaw il-valur tal-iskopertura għall-kuntratti msemmija fl-ewwel subparagrafu, fejn dawk il-kuntratti jkunu allokati fil-portafoll tan-negozjar, l-istituzzjonijiet għandhom ikunu konformi wkoll mal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 299. B'deroga mill-ewwel subparagrafu, l-istituzzjonijiet li għandhom permess jużaw il-metodi msemmija fit-Taqsima 4 tal-Kapitolu 4 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta u t-Taqsima 6 tal-Kapitolu 6 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta jistgħu jużaw dawk il-metodi għall-kalkolu tal-valur tal-iskopertura għal tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli.
|
|
Artikolu 390 5.
|
L-istituzzjonijiet għandhom iżidu mal-iskopertura totali għal klijent l-iskoperturi li jirriżultaw minn kuntratti tad-derivattivi elenkati fl-Anness II u minn kuntratti tad-derivattivi ta' kreditu, fejn il-kuntratt ma kienx daħal fih b'mod dirett ma' dak il-klijent iżda l-istrument sottostanti ta' dejn jew ta' ekwità kien maħruġ minn dak il-klijent.
|
|
Artikolu 390 6.
|
L-iskoperturi ma għandhom jinkludu l-ebda minn dawn li ġejjin:
(a)
fil-każ ta' tranżazzjonijiet tal-kambju, skoperturi li jsiru matul il-perkors ordinarju ta' saldu matul il-jumejn ta' xogħol ta' wara l-pagament;
(b)
fil-każ ta' tranżazzjonijiet għall-iskopijiet ta' xiri jew bejgħ ta' titoli, skoperturi involuti fil-perkors ordinarju ta' saldu matul il-ħamest ijiem tax-xogħol wara l-pagament jew il-wasla tat-titoli, skont liema minnhom ikun l-iktar kmieni;
(c)
fil-każ tal-provvediment ta' trasmissjoni ta' flus fosthom l-eżekuzzjoni ta' servizzi ta' ħlas, l-ikklerjar u s-saldu fi kwalunkwe munita u kklerjar korrispondenti ta' strumenti bankarji jew finanzjarji, is-servizzi ta' saldu jew ta' kustodja lill-klijenti, riċevuti ttardjati fil-finanzjament u skoperturi oħra li jirriżultaw mill-attività tal-klijenti li ma jdumux iktar mill-ġurnata tax-xogħol li jkun imiss;
(d)
fil-każ tal-provvediment ta' trasmissjoni ta' flus li jinkludi l-eżekuzzjoni ta' servizzi ta' ħlas, l-ikklerjar u s-saldu fi kwalunkwe munita u servizzi bankarji korrispondenti, l-iskoperturi ta' dakinhar stess għall-istituzzjonijiet li jipprovdu dawk is-servizzi;
(e)
l-iskoperturi mnaqqsa mill-elementi ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni jew mill-elementi ta' Grad 1 Addizzjonali f'konformità mal-Artikoli 36 u 56 jew kwalunkwe tnaqqis ieħor minn dawk il-elementi li jnaqqas il-proporzjon tas-solvenza.
|
|
Artikolu 390 7.
|
Biex tiġi determinata l-iskopertura ġenerali lil klijent jew grupp ta' klijenti konnessi, fir-rigward ta' klijenti li għalihom l-istituzzjoni jkollha skoperturi permezz tat-tranżazzjonijiet imsemmija fil-punti (m) u (o) tal-Artikolu 112 jew permezz ta' tranżazzjonijiet oħrajn fejn ikun hemm skopertura għal assijiet sottostanti, l-istituzzjoni għandha tivvaluta l-iskoperturi sottostanti tagħha b'kont meħud tas-sustanza ekonomika tal-istruttura tat-tranżazzjoni u r-riskji inerenti fl-istruttura tat-tranżazzjoni nfisha, sabiex jiġi determinat jekk din tikkostitwixxix skopertura addizzjonali.
|
|
Artikolu 390 8.
|
L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:
(a)
il-kundizzjonijiet u l-metodoloġiji li għandhom jintużaw sabiex tiġi determinata l-iskopertura ġenerali għal klijent jew grupp ta' klijenti konnessi għat-tipi ta' skoperturi msemmija fil-paragrafu 7;
(b)
il-kondizzjonijiet li bihom l-istruttura tat-transazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 7 ma jikkostitwixxux skopertura addizzjonali.
L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-1 ta' Jannar 2014. Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
|
Artikolu 390 9.
|
Għall-finijiet tal-paragrafu 5, l-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika kif jiġu determinati l-iskoperturi li jirriżultaw minn kuntratti tad-derivattivi elenkati fl-Anness II u minn kuntratti ta' derivattivi ta' kreditu, fejn il-kuntratt ma sarx direttament ma' klijent iżda l-istrument sottostanti ta' dejn jew ta' ekwità kien maħruġ minn dak il-klijent għall-inklużjoni tagħhom fl-iskoperturi għall-klijent. L-ABE għandha tippreżenta dawk l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Marzu 2020. Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|