+Artikolu 436 Divulgazzjoni tal-kamp ta' applikazzjoni

Artikolu 436 Divulgazzjoni tal-kamp ta' applikazzjoni

Artikolu 436

Divulgazzjoni tal-kamp ta' applikazzjoni

L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja fir-rigward tal-kamp tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament kif ġej:

(a) 

isem l-istituzzjoni li għaliha japplika dan ir-Regolament;

(b) 

rikonċiljazzjoni bejn id-dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati mħejjija f'konformità mal-qafas tal-kontabbiltà applikabbli u d-dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati mħejjija f'konformità mar-rekwiżiti dwar il-konsolidazzjoni regolatorja skont it-Taqsimiet 2 u 3 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed; dik ir-rikonċiljazzjoni għandha tiddeskrivi d-differenzi bejn l-ambitu tal-kontabbiltà u dak regolatorju tal-konsolidazzjoni u l-entitajiet legali inklużi fl-ambitu tal-konsolidazzjoni regolatorja meta jkun differenti mill-ambitu tal-konsolidazzjoni tal-kontabbiltà; il-qafas tal-entitajiet legali inklużi fl-ambitu tal-konsolidazzjoni regolatorja għandu jiddeskrivi l-metodu ta' konsolidazzjoni regolatorja meta jkun differenti mill-metodu ta' konsolidazzjoni tal-kontabbiltà, jekk dawk l-entitajiet ikunux konsolidati bis-sħiħ jew b'mod proporzjonali u jekk il-holdings f'dawk l-entitajiet legali jitnaqqsux mill-fondi proprji;

(c) 

diżaggregazzjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati mħejjija f'konformità mar-rekwiżiti dwar il-konsolidazzjoni regolatorja skont it-Taqsimiet 2 u 3 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed, diżaggregati skont it-tip ta' riskji kif imsemmi taħt din il-Parti;

(d) 

rikonċiljazzjoni li tidentifika s-sorsi ewlenin ta' differenzi bejn l-ammonti ta' valur riportat fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji skont l-ambitu tal-konsolidazzjoni regolatorja kif definit fit-Taqsimiet 2 u 3 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed, u l-ammont ta' skopertura użat għal finijiet regolatorji; dik ir-rikonċiljazzjoni għandha tiġi supplimentata minn informazzjoni kwalitattiva dwar dawk is-sorsi ewlenin ta' differenzi;

(e) 

għal skoperturi mill-portafoll tan-negozjar u mhux tan-negozjar li jkunu aġġustati f'konformità mal-Artikolu 34 u l-Artikolu 105, diżaggregazzjoni tal-ammonti tal-elementi kostitwenti ta' aġġustament prudenti tal-valwazzjoni tal-istituzzjoni, skont it-tip ta' riskji, u t-total ta' elementi kostitwenti b'mod separat għall-pożizzjonijiet tal-portafoll tan-negozjar u mhux tan-negozjar;

(f) 

kwalunkwe impediment sinifikattiv, prattiku jew legali attwali jew previst għat-trasferiment fil-pront ta' fondi proprji jew ta' ripagament tal-obbligazzjonijiet bejn l-impriża prinċipali u s-sussidjarji tagħha;

(g) 

l-ammont aggregat li skontu l-fondi proprji attwali jkunu inqas minn dak meħtieġ fis-sussidjarji kollha mhux inklużi fil-konsolidazzjoni, u l-isem jew l-ismijiet ta' dawk is-sussidjarji;

(h) 

fejn applikabbli, iċ-ċirkostanzi li fihom isir użu mid-deroga msemmija fl-Artikolu 7 jew il-metodu ta' konsolidazzjoni individwali stabbilit fl-Artikolu 9.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit