+9. Fir-rigward tal-miżura tal-impożizzjoni ta’ rekwiżiti speċifiċi jew regolari ta’ informazzjoni …
|
9. Fir-rigward tal-miżura tal-impożizzjoni ta’ rekwiżiti speċifiċi jew regolari ta’ informazzjoni …
Fir-rigward tal-miżura tal-impożizzjoni ta’ rekwiżiti speċifiċi jew regolari ta’ informazzjoni rilevanti għall-finijiet ta’ riżoluzzjoni skont il-punt (c) tal-Artikolu 17(5) tad-Direttiva 2014/59/UE, japplikaw l-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin: - (a) L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jikkunsidraw li jimponu rekwiżiti ta’ informazzjoni jekk jivvalutaw li dawn ir-rekwiżiti jippermettulhom japplikaw l-għodod ta’ riżoluzzjoni previsti fl-istrateġija ta’ riżoluzzjoni b’mod aktar effettiv, jew biex ifasslu pjan ta’ riżoluzzjoni effettiv.
- (b) L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jikkunsidraw li jeħtieġu lill-istituzzjonijiet jipproduċu l-informazzjoni użata biex jinfurmaw lill-maniġment dwar is-sitwazzjoni tal-istituzzjoni (informazzjoni tal-maniġment), inklużi dikjarazzjonijiet finanzjarji u informazzjoni dwar kapital u dejn subordinat, disponibbli għal kull entità legali rilevanti għall-implimentazzjoni tal-istrateġija ta’ riżoluzzjoni, b’mod partikolari jekk tkun maħsuba bħala punt ta’ dħul taħt approċċ MPE, u jkunu kapaċi jipproduċu informazzjoni speċifika ta’ entità legali għall-entitajiet kollha li l-falliment tagħhom x’aktarx li jaffettwa b’mod negattiv l-istabbiltà finanzjarja fi kwalunkwe ġurisdizzjoni fuq talba.
- (c) Jekk istituzzjoni jkollha arranġamenti kkumplikati ta’ servizzi operattivi intragrupp, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jikkunsidraw li jeħtieġu l-informazzjoni neċessarja biex jiċċaraw bis-sħiħ l-istruttura ta’ dawn l-arranġamenti.
- (d) Jekk japplikaw din il-miżura, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet ikunu fil-pożizzjoni li jipproduċu informazzjoni aġġornata meħtieġa fiż-żmien stipulat neċessarju skont l-istrateġija ta’ riżoluzzjoni, u s-sistemi ta’ informazzjoni tal-istituzzjoni għandhom jipprovdu d-dejta kollha meħtieġa biex jiżviluppaw u jimplimentaw l-istrateġija ta’ riżoluzzjoni, u biex jappoġġjaw valutazzjoni kredibbli qabel u matul ir-riżoluzzjoni inklużi dawk meħtieġa mill-Artikoli 36 u 74. L-istituzzjonijiet għandhom b’mod partikolari jiżguraw id-disponibbiltà tal-informazzjoni meħtieġa mill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni biex jidentifikaw:
- - il-funzjonijiet kritiċi,
- - il-kredituri jew tipi ta’ kredituri l-aktar probabbli li jassorbu t-telf matul ir-riżoluzzjoni,
- - il-kredituri tal-obbligazzjonijiet ta’ rilevanza partikolari għall-funzjonijiet kritiċi jew l-implimentazzjoni tal-istrateġija ta’ riżoluzzjoni bħad-depożiti koperti u mhux koperti mill-SMEs u l-persuni fiżiċi (jiġifieri viżjoni ta’ klijent uniku), u
- - pożizzjonijiet, servizzi u funzjonijiet essenzjali għall-ġestjoni tar-riskju tal-grupp li jkollhom jinżammu biex tiġi żgurata l-kontinwazzjoni tal-funzjonijiet kritiċi.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|