+14. Fir-rigward tar-rekwiżit ta’ impriża prinċipali biex twaqqaf kumpanija holding finanzjarja …
|
14. Fir-rigward tar-rekwiżit ta’ impriża prinċipali biex twaqqaf kumpanija holding finanzjarja …
Fir-rigward tar-rekwiżit ta’ impriża prinċipali biex twaqqaf kumpanija holding finanzjarja prinċipali fi Stat Membru jew kumpanija holding finanzjarja prinċipali tal-Unjoni skont il-punt (h) tal-Artikolu 17(5) tad-Direttiva 2014/59/UE, japplikaw l-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin: - (a) L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jikkunsidraw li japplikaw din il-miżura jekk jivvalutaw li mhuwiex fattibbli jew kredibbli li jsolvu l-parti tal-UE ta’ bank regolat mhux fl-UE minħabba l-fatt li ma hemm ebda kumpanija prinċipali soġġetta għall-ġurisdizzjoni tal-UE. B’mod partikolari, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jikkunsidraw li jeħtieġu l-istabbiliment ta’ kumpanija holding finanzjarja intermedjarja tal-UE jekk il-ħruġ ta’ dejn f’dan il-livell ikun neċessarju biex jiġi pprovdut ammont adegwat u allokazzjoni xierqa tal-obbligazzjonijiet mistennija li jikkontribwixxu għall-assorbiment tat-telf u r-rikapitalizzazzjoni, biex jiffaċilitaw l-assorbiment tat-telf fil-livell ta’ sussidjarji operattivi u biex tiġi żgurata l-funġibbiltà tal-obbligazzjonijiet mistennija li jikkontribwixxu għall-assorbiment tat-telf u r-rikapitalizzazzjoni fi ħdan il-parti tal-UE tal-grupp.
- (b) Barra minn hekk, din il-miżura tista’ tiġi applikata fejn il-fattibilità jew il-kredibbiltà jeħtieġu l-applikazzjoni ta’ għodod ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-kumpanija holding pjuttost milli għall-entitajiet operattivi, b’mod partikolari fir-rigward ta’ esklużjonijiet potenzjali mis-setgħa ta’ rikapitalizzazzjoni. L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jikkunsidraw li japplikaw din il-miżura, flimkien ma’ restrizzjonijiet fuq l-attivitajiet operattivi tal-kumpanija holding finanzjarja, jekk l-attivitajiet operattivi fil-livell tagħha jimpedixxu b’mod sostantiv il-fattibbiltà jew il-kredibbiltà tal-implimentazzjoni tal-istrateġija ta’ riżoluzzjoni. B’mod partikolari, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jikkunsidraw l-istabbiliment ta’ limitazzjonijiet xierqa biex jipprevjenu li din il-kumpanija holding finanzjarja twettaq funzjonijiet jew servizzi kritiċi lil entitajiet oħra li jiddependu fuqhom s-servizzi kritiċi mwettqa minn dawn l-entitajiet. Fejn meħtieġ, il-bilanċ tal-kumpanija holding prinċipali għandu jkun fih biss l-ekwità u l-obbligazzjonijiet mistennija li jikkontribwixxu għall-assorbiment tat-telf u r-rikapitalizzazzjoni.
- (c) Meta jkun hemm attività sinifikanti tal-fergħa fl-UE li twettaq funzjonijiet kritiċi li l-kontinwazzjoni tagħhom ma tkunx stipulata b’mod xieraq fil-pjan ta’ riżoluzzjoni rispettiv tal-entità tal-pajjiż terz, jew li jirriżulta minnhom riskju sinifikanti ta’ kontaġju, li mhuwiex rifless b’mod adegwat fil-pjan ta’ riżoluzzjoni tal-entità ta’ pajjiż terz, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jikkunsidraw li jeħtieġu li tiġi stabbilita sussidjarja jew li din tinqabad taħt il-kumpanija holding finanzjarja meħtieġa skont il-punt (a).
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|