+3. Trażmissjoni tan-notifika

3. Trażmissjoni tan-notifika

3.1 L-informazzjoni meħtieġa għandha tkun ikkomunikata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju lill-awtorità kompetenti tal-Istat(i) Membru(i) ospitanti bl-użu tal-mudelli tan-notifika stabbiliti fl-Annessi 1 u 2 kif xieraq. Fejn hemm diversi notifiki li jridu jiġu kkomunikati, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu alternattivament jikkomunikaw informazzjoni aggregata iżda għandhom jagħmlu dan bl-użu tal-intestaturi stabbiliti fl-Annessi 1 u 2. Jekk l-awtoritajiet kompetenti rilevanti jaqblu li jagħmlu dan, dawn jistgħu jikkomunikaw diversi notifiki f'forma elettronika.

3.2 L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu l-informazzjoni meħtieġa bil-miktub f'lingwa aċċettata mill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru ospitanti.

3.3 L-awtoritajiet kompetenti għandhom jittrażmettu l-informazzjoni meħtieġa permezz ta' mezzi elettroniċi fejn possibbli u aċċettabbli għall-awtoritajiet kompetenti rilevanti. Fejn dan mhuwiex possibbli jew aċċettabbli għandha tintuża l-posta normali. Fejn tintuża l-posta normali, in-notifika għandha tintbagħat mill-awtorità kompetenti tad-domiċilju, u jingħata biżżejjed żmien biex in-notifika tilħaq l-awtorità kompetenti ospitanti fil-perjodu ta' żmien ta' xahar speċifikat fl-Artikolu 32(3) tad-Direttiva 2014/17/UE (jiġifieri xahar mid-data ta' notifika mill-intermedjarju tal-kreditu lill-awtorità kompetenti tad-domiċilju).

3.4 L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu l-informazzjoni li ġejja relatata man-notifiki ta' passaport disponibbli għall-pubbliku:

  • a. il-lingwi aċċettati mill-awtoritajiet kompetenti;
  • b. l-indirizz li lilu jridu jintbagħtu n-notifiki ta' passaport jekk jiġu sottomessi bil-posta normali; u
  • c. kull mezz elettroniku li permezz tiegħu jistgħu jiġu sottomessi n-notifiki ta' passaport u kull dettall ta' kuntatt rilevanti.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/