+4. Linji gwida dwar in-notifiki ta' passaport
---+1. Eżerċizzju tal-libertà li jingħataw servizzi
---+2. Eżerċizzju tad-dritt ta’ stabbiliment
---+3. Trażmissjoni tan-notifika
---+4. Reġistrazzjoni
---+5. Notifika ta' bidliet għall-informazzjoni fin-notifika tal-bidu
|
4. Linji gwida dwar in-notifiki ta' passaport
4. Linji gwida dwar in-notifiki ta' passaport
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
1. Eżerċizzju tal-libertà li jingħataw servizzi
|
1.1 Relatat mal-provvista ta' servizzi, in-notifika ta' passaport imsemmija fis-subparagrafu 2 tal-Artikolu 32(3) tad-Direttiva 2014/17/UE għandu jkollha l-kontenut li ġej: - a. l-Istat Membru tad-domiċilju li fih l-intermedjarju tal-kreditu għandu l-intenzjoni li jwettaq l-attivitajiet tiegħu;
- b. l-isem, l-indirizz tal-uffiċċju prinċipali u n-numru ta' reġistrazzjoni tal-intermedjarju tal-kreditu;
- c. l-indirizz tal-web tar-reġistru online tal-awtorità kompetenti tad-domiċilju fejn jistgħu jinstabu d-dettalji dwar l-intermedjarju;
- d. l-isem tal-awtorità kompetenti kurrenti fl-Istat Membru tad-domiċilju;
- e. sal-limitu disponibbli fir-reġistru tal-awtorità kompetenti tad-domiċilju, is-servizzi li l-intermedjarju tal-kreditu għandu l-intenzjoni li jagħti fl-Istat Membru ospitanti;
- f. fejn applikabbli, l-isem u n-numru ta' reġistrazzjoni tal-kreditur(i) li magħhom huwa marbut l-intermedjarju tal-kreditu jew li f'isimhom qed jaġixxi b'mod esklussiv u, f'każijiet bħal dawn, il-konferma li l-kreditur(i) jieħdu responsabbiltà sħiħa u inkondizzjonata għall-attivitajiet tal-intermedjarju tal-kreditu;
- g. id-data ta' twelid fil-każ ta' persuna fiżika; u
- h. id-data ta' notifika mill-awtorità kompetenti tad-domiċilju lill-intermedjarju tal-kreditu.
|
|
2. Eżerċizzju tad-dritt ta’ stabbiliment
|
2.1 Relatat mal-istabbiliment ta' fergħa, in-notifika ta' passaport imsemmija fis-subparagrafu (2) tal-Artikolu 32(3) tad-Direttiva 2014/17/UE għandu jkollha l-kontenut li ġej: - a. l-Istat Membru ospitanti li fih l-intermedjarju tal-kreditu għandu l-intenzjoni li jistabbilixxi fergħa;
- b. l-isem, l-indirizz tal-uffiċċju prinċipali u n-numru ta' reġistrazzjoni tal-intermedjarju tal-kreditu;
- c. l-indirizz tal-web tar-reġistru online tal-awtorità kompetenti tad-domiċilju fejn jistgħu jinstabu d-dettalji dwar l-intermedjarju;
- d. l-isem tal-awtorità kompetenti kurrenti fl-Istat Membru tad-domiċilju;
- e. l-indirizz tal-fergħa proposta sal-limitu disponibbli fiż-żmien tan-notifika;
- f. l-isem/ismijiet ta' dawk responsabbli għall-ġestjoni tal-fergħa proposta sal-limitu disponibbli fiż-żmien tan-notifika;
- g. sal-limitu disponibbli fir-reġistru tal-awtorità kompetenti tad-domiċilju, is-servizzi li l-intermedjarju tal-kreditu għandu l-intenzjoni li jagħti fl-Istat Membru ospitanti;
- h. id-data ta' twelid fil-każ ta' persuna fiżika;
- i. fejn applikabbli, l-isem u n-numru ta' reġistrazzjoni tal-kreditur(i) li magħhom huwa marbut l-intermedjarju tal-kreditu jew li f'isimhom qed jaġixxi b'mod esklussiv u, f'każijiet bħal dawn, il-konferma li l-kreditur(i) jieħdu responsabbiltà sħiħa u inkondizzjonata għall-attivitajiet tal-intermedjarju tal-kreditu; u
- j. id-data tan-notifika mill-awtorità kompetenti tad-domiċilju lill-intermedjarju tal-kreditu.
|
|
3. Trażmissjoni tan-notifika
|
3.1 L-informazzjoni meħtieġa għandha tkun ikkomunikata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju lill-awtorità kompetenti tal-Istat(i) Membru(i) ospitanti bl-użu tal-mudelli tan-notifika stabbiliti fl-Annessi 1 u 2 kif xieraq. Fejn hemm diversi notifiki li jridu jiġu kkomunikati, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu alternattivament jikkomunikaw informazzjoni aggregata iżda għandhom jagħmlu dan bl-użu tal-intestaturi stabbiliti fl-Annessi 1 u 2. Jekk l-awtoritajiet kompetenti rilevanti jaqblu li jagħmlu dan, dawn jistgħu jikkomunikaw diversi notifiki f'forma elettronika. 3.2 L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu l-informazzjoni meħtieġa bil-miktub f'lingwa aċċettata mill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru ospitanti. 3.3 L-awtoritajiet kompetenti għandhom jittrażmettu l-informazzjoni meħtieġa permezz ta' mezzi elettroniċi fejn possibbli u aċċettabbli għall-awtoritajiet kompetenti rilevanti. Fejn dan mhuwiex possibbli jew aċċettabbli għandha tintuża l-posta normali. Fejn tintuża l-posta normali, in-notifika għandha tintbagħat mill-awtorità kompetenti tad-domiċilju, u jingħata biżżejjed żmien biex in-notifika tilħaq l-awtorità kompetenti ospitanti fil-perjodu ta' żmien ta' xahar speċifikat fl-Artikolu 32(3) tad-Direttiva 2014/17/UE (jiġifieri xahar mid-data ta' notifika mill-intermedjarju tal-kreditu lill-awtorità kompetenti tad-domiċilju). 3.4 L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu l-informazzjoni li ġejja relatata man-notifiki ta' passaport disponibbli għall-pubbliku: - a. il-lingwi aċċettati mill-awtoritajiet kompetenti;
- b. l-indirizz li lilu jridu jintbagħtu n-notifiki ta' passaport jekk jiġu sottomessi bil-posta normali; u
- c. kull mezz elettroniku li permezz tiegħu jistgħu jiġu sottomessi n-notifiki ta' passaport u kull dettall ta' kuntatt rilevanti.
|
|
4. Reġistrazzjoni
|
4.1 L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha taġġorna r-reġistru pubbliku tagħha bl-informazzjoni meħtieġa, kif stabbilit fl-Artikolu 29 tad-Direttiva 2014/17/UE, fiż-żmien dovut. 4.2 Barra minn hekk, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandha tagħmel disponibbli fuq ir-reġistru pubbliku tagħha u fi żmien xahar l-informazzjoni li hemm fin-notifika mill-Istat Membru tad-domiċilju li tinkludi l-isem, l-indirizz tal-uffiċċju prinċipali u d-dettalji tal-kuntatt tal-intermedjarju tal-kreditu.
|
|
5. Notifika ta' bidliet għall-informazzjoni fin-notifika tal-bidu
|
5.1 L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha tinnotifika t-terminazzjoni jew il-modifika ta' attivitajiet ta' passaport jew ta' "dejta statika" (eż. t-tibdil tal-isem jew l-indirizz) jew informazzjoni li ma kinitx disponibbli fiż-żmien tan-notifika tal-bidu (Linja gwida 2.1(e) u (f)) lill-awtorità kompetenti ospitanti malajr kemm jista' jkun u mhux aktar tard minn fi żmien xahar wieħed kalendarju, permezz ta' kwalunkwe mezz xieraq.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|