+1. Obbligi ta’ konformità u ta’ rapportar
---+1. Dan id- dokument jinkludi linji gwida maħruġin skont l -Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru …
---+2. Il-linji gwida jipprovdu l- fehma tal - EBA dwar prattiki superviżorji xierqa fis - Sistema …
---+3. B’konformità mal-Artikolu 16(3) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-awtoritajiet kompetenti …
---+4. In- notifiki ser jiġu ppubblikati fuq is - sit web tal -EBA, f’konformità mal-Artikolu 16(3).
---+Titolu I – Suġġett, kamp taʼ applikazzjoni u definizzjonijiet
------+1. Suġġett
---+Titolu II – Linji Gwida dwar ir - rata ta l- konverżjoni tad - dejn f’ekwità
---+Titolu III – Dispożizzjonijiet finali u implimentazzjoni

1. Obbligi ta’ konformità u ta’ rapportar

Status ta’ dawn il-linji gwida

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
1. Dan id- dokument jinkludi linji gwida maħruġin skont l -Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru …

Dan id- dokument jinkludi linji gwida maħruġin skont l -Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/20101 . Skont l-Artikolu 16(3) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-awtoritajiet kompetenti u l- istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jagħmlu kull sforz possibbli biex jikkonformaw mal-linji gwida.


1 Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal- Kunsill tal -24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d - Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id - Deċiżjoni tal - Kummissjoni 2009/78/KE, (ĠU L 331, 1 5.12.2010, p.12).

2. Il-linji gwida jipprovdu l- fehma tal - EBA dwar prattiki superviżorji xierqa fis - Sistema …

Il-linji gwida jipprovdu l- fehma tal - EBA dwar prattiki superviżorji xierqa fis - Sistema Ewropea ta' Superviżjoni Finanzjarja jew dwar kif il - liġi tal - Unjoni għandha tiġi applikata f'qasam partikolari. L-awtoritajiet kompetenti kif iddefiniti fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 li għalihom japplikaw il -l inji gwida għandhom jikkonformaw billi jinkorporawhom fil - prattiki superviżorji tagħhom kif xieraq (eż. billi jemendaw il - qafas legali tagħhom jew il - proċessi superviżorji tagħhom), inkluż fejn il - linji gwida huma diretti primarjament lejn l- istituzzjoniji et.

Rekwiżiti ta’ rapportar

3. B’konformità mal-Artikolu 16(3) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-awtoritajiet kompetenti …

B’konformità mal-Artikolu 16(3) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-awtoritajiet kompetenti jridu jinnotifikaw lill- EBA dwar jekk jikkonformawx jew jekk hux beħsiebhom jikkonformaw ma’ dawn il-linji gwida, jew inkella bir- raġunijiet għan - nuqqas ta’ konformità, sa 11/09/2017. Fin- nuqqas ta’ kwalunkwe notifika sa din l - iskadenza, l -awtoritajiet kompetenti jitqiesu mill - EBA li mhumiex konformi. In - notifiki għandhom jintbagħtu billi tiġi sottomessa l - formola disponibbli fuq is - sit w eb tal-ABE lil compliance@eba.europa.eubir-referenza ‘EBA/GL/2017/03’. In- notifiki għandhom jiġu sottomessi minn persuni b’awtorità xierqa li jirrapportaw f’isem l - awtoritajiet kompetenti tagħhom. Kwalunkwe bidla fl- istat ta’ konformità għandha tiġi rrapportata wkoll lill -EBA.

4. In- notifiki ser jiġu ppubblikati fuq is - sit web tal -EBA, f’konformità mal-Artikolu 16(3).

In- notifiki ser jiġu ppubblikati fuq is - sit web tal -EBA, f’konformità mal-Artikolu 16(3).

Titolu I – Suġġett, kamp taʼ applikazzjoni u definizzjonijiet

Titolu I – Suġġett, kamp taʼ applikazzjoni u definizzjonijiet

Titolu II – Linji Gwida dwar ir - rata ta l- konverżjoni tad - dejn f’ekwità

Prinċipji ta' gwida

1.7. Il- prinċipji ta’ gwida stabbiliti hawn taħt huma relatati direttament mar - rekwiżiti tal -BRRD u ma jestendux il - prinċipji tar - riżoluzzjoni jew is - salvagwardji stabbiliti f’dik id -Direttiva. Dawn għandhom l - għan li jikkjarifikaw kif l -awtoritajiet tar- riżoluzzjoni, wara li jkunu kkunsidraw dawk il- prinċipji u s - salvagwardji, jistgħu jiżguraw li l - kredituri jistgħu jiġu kkumpensati b’mod adegwat permezz ta’ rata tal- konverżjoni differenzjali.

1.8. Prinċipju ta’ gw ida 1: l- ebda kreditur ma jmur agħar. L- awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jenħtieġ li jfittxu li jiżguraw, meta jiffissaw ir -rati tal- konverżjoni, li l - ebda kreditur jew azzjonista ma jistenna li jirċievi trattament li huwa agħar mit - trattament li kien jirċiev i kieku d- ditta daħlet fi proċedimenti ta’ insolvenza nazzjonali fil - punt li fih saret id - deċiżjoni li tinbeda r - riżoluzzjoni. Dawn jenħtieġ li jibbażaw il - valutazzjoni tagħhom tat -trattament attwali mistenni fuq il - valutazzjoni mwettqa skont l -Artikolu 36 (4)(b) sa (g) tal - BRRD.Dawn jenħtieġ li jibbażaw il - valutazzjoni tagħhom tat - trattament mistenni fl - insolvenza fuq stima tat - trattament li kull klassi ta’ azzjonisti u kredituri kienu mistennija li jirċievu kieku d -ditta kellha tkun soġġetta għal stralċ taħt il - proċedimenti ta’ insolvenza normali, kif meħtieġ mill - Artikolu 36(8) tal -BRRD.

1.9. Meta jiġu ffissati r -rati tal- konverżjoni meta jintużaw l - għodda tar -rikapitalizzazzjoni interna jew is - setgħa ta’ valwazzjoni negattiva jew il - konverżjoni ta’ strumenti k apitali rilevanti, l-awtoritajiet tar- riżoluzzjoni jenħtieġ li jivvalutaw ukoll jekk id - dritt tas - sjieda skont il - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal- UE ngħatax il - kunsiderazzjoni li jistħoqqlu. 1.10. Prinċipju ta’ gwida 2: ġerarkija tal - kredituri. Soġġetti għ all- ilħuq tal -miri tal- prinċipju ta’ gwida 1, l-awtoritajiet tar- riżoluzzjoni jenħtieġ li jiffissaw rati tal - konverżjoni differenzjali biss sabiex jilħqu l - għanijiet tar - riżoluzzjoni jew biex jirrispettaw il - prinċipji l - oħrajn stabbiliti fl-Artikolu 34 tal- BRRD.B’mod partikolari, meta jiffissaw ir -rati tal- konverżjoni, l -awtoritajiet tar- riżoluzzjoni jenħtieġ li jfittxu li jiżguraw li:

  • a. l- azzjonisti tal - istituzzjoni taħt ir - riżoluzzjoni jġarrbu l -ewwel telf;
  • b. ħlief fejn ikun ġie espress mod ieħor fil -BRRD, il-kredituri tal- istituzzjoni taħt ir - riżoluzzjoni jġarrbu t -telf wara l- azzjonisti u skont l -ordni tal-prijorità tal-pretensjonijiet tagħhom taħt il - proċedimenti ta’ insolvenza normali; u
  • c. il-kredituri tal- istess klassi huma trattati b’mod ekwu.

1.11. Meta jiffi ssaw ir -rati tal- konverżjoni meta japplikaw is - setgħa ta’ valwazzjoni negattiva jew ta’ konverżjoni ta’ strumenti kapitali rilevanti previsti fl -Artikolu 59 tal-BRRD, l-awtoritajiet jenħtieġ li jiżguraw ukoll li l - azzjonisti jġarrbu l -ewwel telf, il-kredit uri jġarrbu t - telf skont l - ordni ta’ prijorità tal- pretensjonijiet tagħhom skont il - proċedimenti ta’ insolvenza normali, u l-kredituri tal- istess klassi jiġu trattati b’mod ekwu, sakemm dan ma jkunx inkonsistenti mal- ħtieġa li jitqies id - dritt tas - sjieda s kont il- Karta tad -Drittijiet Fundamentali tal-UE.

1.12. Gwida dwar kif l- awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jenħtieġ li japplikaw dawn il - prinċipji ta’ gwida hija stabbilita hawn taħt.

Valutazzjoni

1.13. Qabel ma tiġi applikata l - għodda tar -rikapitalizzazzjoni interna jew is - setgħa ta’ valwazzjoni negattiva jew ta’ konverżjoni ta’ strumenti kapitali fil -punt tan- nonvijabbiltà, għandha ssir valutazzjoni tal- assi u l -obbligazzjonijiet tal- istituzzjoni f’konformità mal -Artikolu 36(4)(b) sa

  • (g) tal- BRRD. Din għandha tinvolvi valutazzjoni ġusta, prudenti u realistika tal - assi u l - obbligazzjonijiet tad-ditta.

1.14. Dik il- valutazzjoni għandha tinforma għadd ta’ deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu mill - awtorità ta’ riżoluzzjoni, anke fuq l - estent tal - kanċellazzjoni jew id -dilwizzjoni tal- ishma jew strumenti oħra ta’ sjieda u l - estent tat - telf li għandu jiġi rikonoxxut fil -punt tar- riżoluzzjoni. Il- valutazzjoni jenħtieġ li tinkludi stima tal -valur tal-ekwità wara l- konverżjoni tal - ishma ġodda trasferiti jew maħruġa bħala konsiderazzjoni li d-detenturi tal- istrumenti konvertiti.

1.15. L-Artikolu 36(8) tal -BRRD jirrikjedi wkoll li l- valutazzjoni tinkludi stima tat -trattament li kull klassi ta’ azzjonisti u kredituri kienet tistenna li tirċievi kieku d - ditta kellha tiġi soġġetta għal stralċ skont proċedimenti ta’ insolvenza normali. Valutazzjoni ex - post indipendenti għandha ssir skont l -Artikolu 74(2) sabiex jiġi ddeterminat jekk it -trattament attwali li l- azzjonisti u l - kredituri rċivew bħala riżultat tal -applikazzjoni tal- għodda tar -rikapitalizzazzjoni interna kienx agħar minn dak li kienu jirċievu kieku d - ditta daħlet fi proċedimenti ta’ insolvenza normali (il- valutazzjoni ex - post). L- applikazzjoni tal - prinċipju ta’ gwida 1: jiġi żgurat li l - ebda kreditur jew azzjonist ma jmur agħar milli fl - insolvenza

1.16. Meta tiġi applikata l - għodda tar - rikapitalizzazzjoni interna, l - awtoritajiet jenħtieġu li jiffissaw rati tal - konverżjoni sabiex għal kull azzjonista jew kreditur il - valur mistenni tal - pretensjonijiet kombinati tagħhom ta’ ekwità u ta’ debitu wara l - applikazzjoni tas - setgħat ta’ riżoluzzjoni, skont il - valutazzjoni mwettqa f’konformità mal - Artikolu 36(4)(b) sa (g) tal-BRRD, ikun ugwali għal jew ikbar mill - valur mistenni li huma kienu jirrealizzaw kieku l - istituzzjoni daħlet fi proċedimenti ta’ insolvenza normali, skont l - istima magħmula f’konformità mal - Artikolu 36(8) tal-BRRD.

1.17. Is- setgħat ta’ valwazzjoni negattiva jew ta’ konverżjoni msemmija fl - Artikolu 59 tal-BRRD jistgħu jiġu applikati waħedhom, mhux flimkien mal - eżerċizzju tal - valwazzjoni negattiva jew kwalunkwe għodda oħra ta’ riżoluzzjoni. F’dan il - każ, jekk l - awtoritajiet jagħżlu li jużaw rati ta' konverżjoni differenzjali, dawn jenħtieġ li jiffissaw rati tal - konverżjoni sabiex b’hekk, għal kull azzjonist jew kreditur, it - trattament attwali mistenni li huma jirċievu (kif determinat mill - valur tal - pretensjonijiet kombinati tagħhom ta’ ekwità u ta’ debitu wara l - applikazzjoni tas - setgħat ta' riżoluzzjoni skont il - valutazzjoni mwettqa f’konformità mal - Artikolu 36(4)(b) sa (g) tal- BRRD) ikun mistenni li jkun ugwali għal jew akbar mill - valur mistenni li kienu jirrealizzaw kieku l - istituzzjoni daħlet fi proċedimenti ta’ insolvenza normali, skont l - istima magħmula f’konformità mal - Artikolu 36(8) tal- BRRD, sal- punt li huwa meħtieġ biex jiġu osservati d - drittijiet fundamentali tas -sjieda.

1.18. Meta l- pretensjonijiet tal - kreditur ikunu soġġetti kompletament għal valwazzjoni negattiva, il- pretensjonijiet tagħhom ma jibqa’ jkollhom l - ebda valur. Meta obbligazzjoni jew strument ieħor jiġu kkonvertiti f’ekwità, il - pretensjoni ta’ ekwità jista’ jkollha aktar, inqas jew l - istess valur bħall - pretensjoni ta’ debitu ikkonvertita oriġinarjament. Il -valur ta’ din il- pretensjoni ta’ ekwità għandu jifforma parti mill -valutazzjoni tat- trattament attwali li jirċievi kreditur.

1.19. Meta l- valur totali stmat tal - ekwità li jirċievu l -kredituri affettwati wara valwazzjoni negattiva jew konverżjoni huwa mistenni li jkun akbar mill -ammont aggregat tal-pretensjonijiet tad - dejn soġġetti għal valwazzjoni negattiva jew għal konverżjoni f’ekwità, il - prinċipju ta’ gwida 1 jista’ jiġi ssodisfat mingħajr ebda applikazzjoni tar - rati ta’ konverżjoni differenzjali.

1.20. Meta l- valur totali mistenni tal - ekwità li jirċievu l -kredituri affettwati wara valwazzjoni negattiva u konverżjoni huwa inqas mill -ammont aggregat tal- pretensjonijiet ta’ debitu soġġetti għal valwazzjoni negattiva jew għal konverżjoni f’ekwità, ir -rati tal- konverżjoni differenzjali jistgħu jkunu meħtieġa.

1.21. Meta jkun hemm il - ħtieġa li jiġu ffissati rati tal - konverżjoni differenzjali sabiex jiġi evi tat li l-kredituri jmorru agħar milli fl - insolvenza jew sabiex jiġu protetti d -drittijiet fundamentali tas - sjieda jew għanijiet oħrajn tar - riżoluzzjoni, ir -rati tal- konverżjoni jenħtieġ li jiġu ffissati sabiex b’hekk il - kredituri privileġġati ma jkunux mistennija li jmorru agħar milli fl - insolvenza jew sabiex jiġu protetti id - drittijiet fundamentali tas - sjieda. L - awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni ma jenħtieġx li jiffissaw rati tal - konverżjoni differenzjali li jittrasferixxu aktar valur lil kredituri privileġġati minn dak li huwa meħtieġ sabiex jiġi rispettat il - prinċipju ta’ gwida 2, jiġi evitat li l- kredituri privileġġati jmorru agħar milli fl - insolvenza jew sabiex jiġu protetti d -drittijiet fundamentali ta’ sjieda jew objettivi oħrajn ta’ riżoluzzjoni.

1.22. Għal kw alunkwe kreditur li l- pretensjoni tiegħu tkun ġiet ikkonvertita kompletament f’ekwità, il- valur ta’ ekwità mistenni li jirċievi għandu għalhekk ikun mill - inqas kbir daqs l - irkupru mistenni tiegħu fl - insolvenza.

1.23. Għal kwalunkwe kreditur li l - pretensjoni tiegħu tkun ġiet ikkonvertita parzjalment f’ekwità, il- valur ta’ ekwità mistenni li jirċievi għandu għalhekk ikun mill - inqas kbir daqs l -irkupru mistenni tiegħu fl - insolvenza, inqas mill - valur mistenni tal - pretensjoni ta’ dejn tiegħu li jifdal.

L- applikazzjoni tal - prinċipju ta’ gwida 2: jiġu rrispettati l - prinċipji l - oħrajn tal - Artikolu 34 għar - riżoluzzjoni

1.24. L- awtoritajiet jenħtieġ li jiffissaw rati tal - konverżjoni sabiex jiżguraw, sa fejn ikun raġjonevolment possibbli u soġġetti għar - rispett tas - salvagwardji tal - kredituri u d - drittijiet fundamentali tas - sjieda, li l - ġerarkija tal - kredituri tiġi kompletament rispettata. Dan ifisser li jekk klassi partikolari ta’ kredituri hija mistennija tieħu telf – jiġifieri, jekk il - valur totali tal - pretensjonijiet ta’ debitu u ekwità li jifdal wara l - applikazzjoni tas - setgħat ta’ riżoluzzjoni, skont il - valutazzjoni mwettqa f’konformità mal - Artikolu 36(4)(b) sa (g) tal-BRRD, huwa inqas mill - valur tal - pretensjonijiet ta’ dik il- klassi qabel ir - riżoluzzjoni – l-awtorità tar - riżoluzzjoni għandha tiffissa rata ta’ konverżjoni ugwali jew qrib iż - żero għall - klassijiet inferjuri kollha tal - obbligazzjonijiet u l - istrumenti.

1.25. Dan ifisser li l - azzjonisti ser jieħdu l - ewwel telf. Kwalunkwe valur ippreservat bir - riżoluzzjoni, l - ewwel ser jiġi allokat għall - pretensjonijiet superjuri u subordinati tal -kredituri. Bħala tali, ir -rati tal- konverżjoni differenzjali għandhom l - għan li jiżguraw li l -kredituri jġarrbu t -telf wara l- azzjonisti f’konformità mal -ordni tal-prijorità tal- pretensjonijiet skont l - insolvenza. Madankollu, ir -rati tal- konverżjoni jistgħu jiġu ffissati biex jippermettu lill - azzjonisti oriġinali (u l - azzjonisti li l - pretensjonijiet tagħhom irriżultaw mill - konverżjoni tal - istrumenti kapitali rilevanti fil -punt tan- nonvijabbiltà) iżommu xi pretensjonijiet b’valur pożittiv, jew biex l - ekwità tiġi kondiviża f’xi proporzjon minn żewġ klassijiet ta’ kredituri jew aktar. L- azzjonisti jistgħu jżommu xi valur pożittiv meta ma jkun hemm l - ebda ħtieġa li kwalunkwe kreditur ikun soġġett għal valwazzjoni negattiva, jiġifieri meta r - rikapitalizzazzjoni interna tirrikjedi biss konverżjoni.

1.26. L- ekwità tista’ tiġi kondiviża f’xi proporzjon minn żewġ klassi jiet ta’ kredituri jew aktar meta klassi waħda ta’ kredituri tkun ġiet ikkonvertita kompletament f’ekwità iżda kien hemm il - ħtieġa ta’ aktar konverżjoni, u l - konverżjoni parzjali jew sħiħa tal - klassi bi kredituri aktar privileġġati ma rriżultatx f’telf (jiġ ifieri l- kredituri aktar privileġġati jirċievu valur totali tal - pretensjoni ta’ debitu u ekwità mill - inqas ugwali għall -valur tal- pretensjoni tad -debitu oriġinali tagħhom).

Dispożizzjonijiet finali

1.27. L- awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jenħtieġ li japplikaw rat i tal- konverżjoni differenzjali biss meta dan ikun meħtieġ biex jiġu ssodisfati l - prinċipji ta’ gwida msemmija hawn fuq. Meta ma jkun hemm l - ebda tħassib sinifikanti dwar il - protezzjoni tas - salvagwardji tal -kredituri jew tad- drittijiet fundamentali tas - sjie da u l- awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jkunu ssodisfati li l - applikazzjoni tal- istess rati tal - konverżjoni tikkonforma mal - prinċipji tal -Artikolu 34 u jinkisbu l - għanijiet tar - riżoluzzjoni, ma jenħtieġ li jkun hemm l - ebda ħtieġa għar -rati tal-konverżjoni dif ferenzjali.

1.28. Meta jiġu applikati r - rati tal - konverżjoni differenzjali, l - awtoritajiet jenħtieġ li jiffissaw ir - rati tal - konverżjoni sabiex b’hekk huma jkunu raġjonevolment kunfidenti li l - kredituri subordinati ma jmorrux agħar milli fl - insolvenza (fil - każ ta’ rikapitalizzazzjoni interna) u li d- drittijiet fundamentali ta’ sjieda tagħhom jiġu protetti. Dan ifisser li r -rati tal- konverżjoni għall - kredituri privileġġati ma jenħtieġx li jkunu għoljin b’mod sproporzjonat.Jirriżulta benefiċċju sproporzjonat kieku tali kredituri jkunu mistennija li jkollhom pretensjonijiet ta’ valur ogħla b’mod sinifikanti skont l - istima magħmula f’konformità mal -Artikolu 36(8) tal - BRRD.

Titolu III – Dispożizzjonijiet finali u implimentazzjoni

Dawn il- linji gwida jenħtieġ li jiġu im plimentati fil-prattiki tar- riżoluzzjoni nazzjonali mill - awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni rilevanti sa 6 xhur wara l -pubblikazzjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/