+90. Skont l - Artikolu 178(1) tar - Regolament (UE) 575/2013, event ta’ inadempjenza jitqies li …
|
90. Skont l - Artikolu 178(1) tar - Regolament (UE) 575/2013, event ta’ inadempjenza jitqies li …
Skont l - Artikolu 178(1) tar - Regolament (UE) 575/2013, event ta’ inadempjenza jitqies li jkun seħħ fir - rigward ta’ obbligant partikolari meta kwalunkwe wieħed mill - kriterji fil - paragrafi 4(a) u (b) jiġu ssodisfati, jew meta jiġu ssodisfati t - tnejn. F'dan il - kuntest, l - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jidentifikaw inadempjenza, skont il - kriterju tal - “improbabbiltà tal - ħlas” tal - obbligant, qabel l - iskopertura ssir delinkwenti mal - kriterju ta’ 90 ġurnata wara d -data tal-iskadenza. F’konformità mal - approċċ segwit għall - iskopijiet regolatorji, il - lista ta’ elementi li tingħata fl - Artikolu 178(3) tar - Regolament (UE) 575/2013 bħala indikazzjonijiet tal - improbabbiltà tal - ħlas għandha tiġi implimentata b’mod li jiżgura l - iskoperta f’waqtha ta’ events ta’ “improbabbiltà tal - ħlas” li jikkawżaw nuqqasijiet ta’ flus eventwali. Fir -rigward tal-kriterju fil - paragrafu 4(b), minkejja li għal skopijiet regolatorji fil - każ ta’ obbligi ta’ entitajiet tal- bejgh bl - imnut u tas - settur pubbliku, l - awtoritajiet kompetenti, għall - figura ta’ 90 ġurnata, jistgħu jissostitwixxu figura sa 180 ġurnata għal prodotti differenti, kif tikkunsidra xieraq għall - kundizzjonijiet lokali (ara l -Art ikolu 178(1)(b) tar - Regolament (UE) 575/2013), din il - possibbiltà m’għandhiex tinqara bħala eżenzjoni mill - applikazzjoni tas - suppożizzjoni konfutabbli ta’ 90 ġurnata fl -IFRS9, il- paragrafu B5.5.37, għal dawk l - iskoperturi.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|