+Linja Gwida 6: Tfassil u ttestjar għas - sodisfazzjon tal -PSPs

Linja Gwida 6: Tfassil u ttestjar għas - sodisfazzjon tal -PSPs

6.1 Għall - finijiet li tintwera l - konformità mar - rekwiżit fl - ittra (b) tal - Artikolu 33(6) tal - RTS rigward it - tfassil tal - interfaċċa ddedikata, l - ASPSP għandu jipprovdi lill - awtorità kompetenti:

  • a. evidenza li l - interfaċċa ddedikata tissodisfa r - rekwiżiti legali għall - aċċess u d - data fil - PSD2 u fl - RTS,inklużi:
  • i. deskrizzjoni tal - ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi li l - ASPSP ikun implimenta; u
  • ii. sommarju ta’ kif l - implimentazzjoni ta’ dawn l - ispeċifikazzjonijiet tissodisfa r - rekwiżiti fil - PSD2 u fl - RTS; u
  • b. informazzjoni dwar jekk, u jekk iva kif, l - ASPSP kien involut ma’ PISPs, AISPs u CBPIIs.

6.2 Għall - finijiet ta’ dawn il - Linji Gwida, “inizjattiva tas - suq” tfisser grupp ta’ partijiet ikkonċernati li jkunu żviluppaw speċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi għal interfaċċi ddedikati u, b’dan il - mod, ikunu kisbu input minn PISPs, AISPs u CBPIIs.

6.3 Fejn l - ASPSP ikun qiegħed jimplimenta standard żviluppat b’inizjattiva tas - suq:

  • a. l - informazzjoni msemmija fil - punt (i) tal - ittra (a) tal - Linja Gwida 6.1 tista’ tikkonsisti minn informazzjoni dwar liema standard ta’ inizjattiva tas - suq l -A SPSP ikun qiegħed jimplimenta, jekk iddevjax jew le f’xi aspett speċifiku minn tali standard, u jekk iva, kif iddevja u kif jissodisfa r - rekwiżiti fil - PSD2 u fl - RTS;
  • b. l - informazzjoni msemmija fil - punt (ii) tal - ittra (a) tal - Linja Gwida 6.1 tista’ tinkludi, fejn ikunu disponibbli, ir - riżultati tal - ittestjar tal - konformità żviluppat mill - inizjattiva tas - suq, li jikkonfermaw il - konformità tal - interfaċċa mal - istandard rispettiv tal - inizjattiva tas - suq.

6.4 Għall - finijiet tar - rekwiżit fl - ittra (b) tal - Artikolu 33(6) tal - RTS rigward l - ittestjar tal - interfaċċa ddedikata, l - ASPSP għandu jagħmel l - ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal - interfaċċa ddedikata disponibbli għall - PISPs, l - AISPs u s - CBPIIs awtorizzati jew għall - fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li jkunu applikaw mal - awtoritajiet kompetenti tagħhom għall - awtorizzazzjoni rilevanti skont l - Artikolu 30(3) tal - RTS, inkluż, bħala minimu, li jippubblika sommarju tal - ispeċifikazzjoni tal - interfaċċa ddedikata fuq is - sit web tiegħu skont it - tielet subparagrafu tal - Artikolu 30(3) tal - RTS.

6.5 Il - faċilità tal - ittestjar għandha tippermetti lill - ASPSPs, lill - PISPs, AIPSs u CBPIIs awtorizzati jew lill - fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li jkunu applikaw mal - awtoritajiet kompetenti tagħhom għall - awtorizzazzjoni rilevanti, li jittestjaw l - interfaċċa ddedikata f’ambjent ta’ ttestjar sigur u ddedikat, b’data dwar PSU mhux reali, għal dawn li ġejjin:

  • a. konnessjoni stabbli u sigura;
  • b. l - abbiltà tal - ASPSPs u tal - PISPs, AISPs u CBPIIs awtorizzati, li jiskambjaw iċ - ċertifikati rilevanti skont l - Artikolu 34 tal - RTS;
  • c. l - abbiltà li tibgħat u tirċievi messaġġi ta’ żball skont l - Artikolu 36(2) tal - RTS;
  • d. l - abbiltà tal - PISPs li jibagħtu, u tal - ASPSPs li jirċievu, ordnijiet għall - bidu ta’ pagament u l - abbiltà tal - ASPSPs li jipprovdu l - informazzjoni mitluba skont l - ittra (b) tal - Artikolu 66(4) tal - PSD2 u l - ittra (b) tal - Artikolu 36(1) tal - RTS;
  • e. l - abbiltà tal - AISPs li jibagħtu, u tal - ASPSPs li jirċievu, talbiet għall - aċċess għad - data tal - kontijiet ta’ pagament, u l - abbiltà tal - ASPSPs li jipprovdu l - informazzjoni mitluba skont l - ittra (a) tal - Artikolu 36(1) tal - RTS;
  • f. l - abbiltà tas - CBPIIs u tal - PISPs li jibagħtu, u tal - ASPSPs li jirċievu, talbiet mingħand is - CBPIIs u l - PISPs u l - abbiltà tal - ASPSP li jibgħat konferma “iva/le” lis - CBPIIs u lill - PISPs skont l - ittra
  • (c) tal - Artikolu 36(1) tal - RTS; u
  • g. l - abbiltà tal - PISPs u tal - AISPs li jibbażaw fuq il - proċeduri kollha ta’ awtentikazzjoni pprovduti mill - ASPSP lill - PSUs tiegħu. 6.6 L- ASPSP għandu jipprovdi lill - awtorità kompetenti sommarju tar - riżultati tal - ittestjar imsemmi fl - Artikolu 30(5) tal - RTS għal kull wieħed mill - elementi li jridu jiġu ttestjati skont l - ittri (a) sa (g) tal - paragrafu 6.5 hawn fuq, inkluż l - għadd ta’ PISPs, AISPs u CBPIIs li użaw il - faċilità tal - ittestjar, il - feedback li rċieva l - ASPSP mingħand dawn il - PISPs, l - AISPs u s - CBPIIs, il - kwistjonijiet identifikati u deskrizzjoni ta’ kif dawn il - kwistjonijiet ġew indirizzati.

6.7 Għall - finijiet li jiġi valutat jekk l - ASPSP jissodisfax ir - rekwiżiti fl - ittra (b) tal - Artikolu 33(6) tal - RTS, l - awtorità kompetenti tista’ tikkunsidra wkoll kwalunkwe problema rrappurtata lilha mill - PISPs, l - AISPs u s - CBPIIs fir - rigward tal - Linja Gwida 6.5 hawn fuq.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/