+41. Fil-valutazzjoni tal- impenn suffiċjenti tal - ħin ta’ membru, l - istituzzjonijiet għandhom …

41. Fil-valutazzjoni tal- impenn suffiċjenti tal - ħin ta’ membru, l - istituzzjonijiet għandhom …

Fil-valutazzjoni tal- impenn suffiċjenti tal - ħin ta’ membru, l - istituzzjonijiet għandhom mill - inqas iqisu dan li ġej:

  • a. l- għadd ta’ direttorati f’kumpaniji finanzjarji u mhux finanzjarji miżmuma minn dak il - membru fl- istess ħin, filwaqt li jqisu s - sinerġiji possibbli meta dawn ikunu fl - istess grupp, inkluż meta jaġixxu f’isem persuna ġuridika jew bħala sostitut ta’ membru tal - korp ta’ ġestjoni;
  • b. id- daqs, in - natura, il -kamp ta’ applikazzjoni u l- kumplessità tal -attivitajiet tal-entità li tagħha l -me mbru huwa direttur u, b’mod partikolari, jekk l - entità hijiex entità mhux tal- UE;
  • c. il- preżenza ġeografika tal -membru u l- ħin tal - ivvjaġġar meħtieġ għar - rwol;
  • d. l- għadd ta’ laqgħat skedati għall - korp ta’ ġestjoni;
  • e. id- direttorati f’organizzazzjonijiet li ma jsegwux objettivi kummerċjali predominanti miżmuma minn dak il -membru fl- istess ħin;
  • f. kwalunkwe laqgħa meħtieġa li għandha ssir, b’mod partikolari, mal -awtoritajiet kompetenti jew partijiet ikkonċernati oħrajn interni jew esterni barra mill - iskeda formali tal- laqgħat tal - korp ta’ ġestjoni;
  • g. in-natura tal- pożizzjoni speċifika u r - responsabbiltajiet tal - membru, inklużi rwoli speċifiċi ta’ CEO, president, jew president jew membru ta’ kumitat, jekk il -membru għandux pożizzjoni eżekuttiva jew mhux eżekuttiva u l - ħtieġa li dak il -membru jattendi l- laqgħat fil -kumpaniji elenkati fil- punt (a) u fl - istituzzjoni;
  • h. attivitajiet professjonali jew politiċi esterni oħrajn u kwalunkwe funzjoni oħra u attività rilevanti, kemm fi ħdan is - settur finanzjarju kif ukoll barra mis - settur finanzjarju u kemm fl-UE kif ukoll barra mill- UE;
  • i. l-induzzjoni u t- taħriġ meħtieġa;
  • j. kwalunkwe kompitu ieħor rilevanti tal -membru li l- istituzzjonijiet iqisu li huwa meħtieġ li jitqies meta jwettqu l -valutazzjoni tal- impenn suffiċjenti tal - ħin ta’ membru; u
  • k. valutazzjoni komparattiva disponibbli rilevanti dwar l - impenn ta’ ħin, inkluża l - valutazzjoni komparattiva pprovduta mill-EBA10 .

10 Ċifri għas - sena 2015 huma inklużi bħala Anness għall -valutazzjoni tal-impatt ta’ dawn il-Linji Gwida.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/