+20 Il-funzjoni ta’ awditjar intern
---+191. Fejn stabbilit, l- IAF għandha tkun indipendenti u jkollha biżżejjed awtorità, statura u …
---+192. L- IAF għandha tkun indipendenti mill - attivitajiet awditjati. Għalhekk, l - IAF ma għandhiex …
---+193. L- IAF għandha, permezz ta’ approċċ ibbażat fuq ir - riskju, tirrieżamina b’mod indipendenti u …
---+194. L- IAF ma għandhiex tkun involuta fit -tfassil, fl- għażla, fl -istabbiliment jew …
---+195. L- IAF għandha tivvaluta jekk il - qafas ta’ kontroll intern tad -ditta tal-investiment kif …
---+196. B’mod partikolari, l- IAF għandha t ivverifika l-integrità tal- proċessi sabiex tiġi żgurata l …
---+197. L- IAF għandu jkollha aċċess liberu fid -ditta tal- investiment kollha għar - rekords, għa …
---+198. L- IAF għandha taderixxi ma’ standards professjonali nazzjonali u internazzjonali. Eżempju tal …
---+199. Il- ħidma ta’ awditjar intern għandha ssir f’konformità ma’ pjan tal -awditjar u programm …
---+200. Tal- inqas darba fis - sena għandu jitfassal pjan ta’ awditjar intern abbażi tal -objettivi …
---+201. Kull rakkomandazzjoni tal- awditjar għandha tkun soġġetta għal proċedura formali ta’ segwitu …

20 Il-funzjoni ta’ awditjar intern

20 Il-funzjoni ta’ awditjar intern

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
191. Fejn stabbilit, l- IAF għandha tkun indipendenti u jkollha biżżejjed awtorità, statura u …

Fejn stabbilit, l- IAF għandha tkun indipendenti u jkollha biżżejjed awtorità, statura u riżorsi. B’mod partikolari, id-ditta tal- investiment għandha tiżgura li l -kwalifiki tal-membri tal-persunal tal-IAF u r- riżorsi ta l-IAF, b’mod partikolari l- għodod tal -awditjar u l- metodi ta’ analiżi tar -riskju tiegħu, huma adegwati għad - daqs u għal -lokazzjonijiet tad-ditta tal-investiment, kif ukoll għan -natura, l-iskala u l-kumplessità tar- riskji assoċjati mal - mudell kummerċjali, m al-attivitajiet, mal-kultura tar-riskju u mal- predispożizzjoni għar -riskju tad-ditta tal-investiment.

192. L- IAF għandha tkun indipendenti mill - attivitajiet awditjati. Għalhekk, l - IAF ma għandhiex …

L- IAF għandha tkun indipendenti mill - attivitajiet awditjati. Għalhekk, l - IAF ma għandhiex tingħaqad ma’ funzjonijiet oħra.

193. L- IAF għandha, permezz ta’ approċċ ibbażat fuq ir - riskju, tirrieżamina b’mod indipendenti u …

L- IAF għandha, permezz ta’ approċċ ibbażat fuq ir - riskju, tirrieżamina b’mod indipendenti u tipprovdi assigurazzjoni oġġettiva tal -konformità tal-attivitajiet u tal-unitajiet kollha ta’ ditta tal- investiment, inkluż l -attivitajiet esternalizzati, mal-politiki u mal- proċeduri tad -ditta tal-investiment u ma’ rekwiżiti regolatorji esterni. Kull entità fi ħdan il - grupp għandha taqa’ fil - kamp ta’ applikazzjoni tal-IAF.

194. L- IAF ma għandhiex tkun involuta fit -tfassil, fl- għażla, fl -istabbiliment jew …

L- IAF ma għandhiex tkun involuta fit -tfassil, fl- għażla, fl -istabbiliment jew fl-implimentazzjoni ta’ politiki, mekkaniżmi, proċeduri jew il - limiti ta’ riskju speċifiċi ta’ kontroll intern. Madankollu, dan ma għandux iwaqqaf lill - korp maniġerjali fil - funzjoni maniġerjali tiegħu milli jitlob kontribut mill-awditjar intern dwar kwistjonijiet relatati mar-riskju, ma’ kontrolli interni u ma’ konformità mar-regoli applikabbli.

195. L- IAF għandha tivvaluta jekk il - qafas ta’ kontroll intern tad -ditta tal-investiment kif …

L- IAF għandha tivvaluta jekk il - qafas ta’ kontroll intern tad -ditta tal-investiment kif stabbilit fit-Taqsima 15 huwiex effettiv kif ukoll effiċjenti. B’mod partikolari, l - IAF għandha tivvaluta:

  • a. l-adegwatezza tal- qafas ta’ governanza tad -ditta tal-investiment;
  • b. jekk il-politiki u l- proċeduri eżistenti jibqgħux adegwati u konformi mar - rekwiżiti legali u regolatorji u mal- istrateġija tar -riskju u mal- predispożizzjoni għar -riskju tad-ditta tal-investiment;
  • c. il-konformità tal- proċeduri mal - liġijiet u mar -regolamenti applikabbli u mad-deċiżjonijiet tal - korp maniġerjali;
  • d. jekk il- proċeduri humiex implimentati b’mod korrett u effettiv (eż. il -konformità tat-tranżazzjonijiet, il -livell ta’ riskju effettivamen t imġarrab, eċċ.); u
  • e. l-adegwatezza, il-kwalità u l- effikaċja tal - kontrolli mwettqa u tar -rapportar li sar mill-unitajiet operatorji (l-ewwel linja tad- difiża) u mill - funzjonijiet ta’ ġestjoni tar -riskju u ta’ konformità.
196. B’mod partikolari, l- IAF għandha t ivverifika l-integrità tal- proċessi sabiex tiġi żgurata l …

B’mod partikolari, l- IAF għandha t ivverifika l-integrità tal- proċessi sabiex tiġi żgurata l - affidabbiltà tal-metodi u tat-tekniki tad-ditta tal-investiment, u s- suppożizzjonijiet u s -sorsi ta’ informazzjoni użati fil - mudelli interni tagħha (eż. l -immudellar tar-riskju u l-kejl kontabilistiku). Għandu jivvaluta wkoll il -kwalità u l- użu ta’ għodod kwalitattivi ta’ identifikazzjoni u ta’ valutazzjoni tar-riskju u l- miżuri għall -mitigazzjoni tar- riskju meħuda.

197. L- IAF għandu jkollha aċċess liberu fid -ditta tal- investiment kollha għar - rekords, għa …

L- IAF għandu jkollha aċċess liberu fid -ditta tal- investiment kollha għar - rekords, għa d-dokumenti, għall - informazzjoni u għall -bini kollu tad-ditta tal- investiment. Dan għandu jinkludi aċċess għas - sistemi ta’ informazzjoni maniġerjali u għall -minuti tal-kumitati u tal-korpi deċiżjonali kollha.

198. L- IAF għandha taderixxi ma’ standards professjonali nazzjonali u internazzjonali. Eżempju tal …

L- IAF għandha taderixxi ma’ standards professjonali nazzjonali u internazzjonali. Eżempju tal - istandards professjonali msemmija hawnhekk huwa l-istandards stabbiliti mill-Istitut tal-Awdituri Interni.

199. Il- ħidma ta’ awditjar intern għandha ssir f’konformità ma’ pjan tal -awditjar u programm …

Il- ħidma ta’ awditjar intern għandha ssir f’konformità ma’ pjan tal -awditjar u programm dettaljat ta’ awditjar li jsegwu approċċ ibbażat fuq ir -riskju.

200. Tal- inqas darba fis - sena għandu jitfassal pjan ta’ awditjar intern abbażi tal -objettivi …

Tal- inqas darba fis - sena għandu jitfassal pjan ta’ awditjar intern abbażi tal -objettivi annwali ta’ kontroll ta’ awditjar intern. Il- pjan ta’ awditjar intern għandu jiġi approvat mill -korp maniġerjali.

201. Kull rakkomandazzjoni tal- awditjar għandha tkun soġġetta għal proċedura formali ta’ segwitu …

Kull rakkomandazzjoni tal- awditjar għandha tkun soġġetta għal proċedura formali ta’ segwitu mil- livelli xierqa tal - maniġment biex tiġi żgurata u rrapportata r - riżoluzzjoni effettiva u propizja tagħhom.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/