+Linja Gwida 5: Forniment ta’ servizzi skont l - Artikolu 3(k) tal -PSD2 minn entitajiet regolati

Linja Gwida 5: Forniment ta’ servizzi skont l - Artikolu 3(k) tal -PSD2 minn entitajiet regolati

5.1. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw li l - fornituri ta’ servizzi ta’ pagament kif imsemmija fl - Artikolu 1 tal-PSD2 u l- emittenti ta’ flus elettroniċi jkunu jistgħu jipprovdu servizzi bbażati fuq strumenti ta’ pagament speċifiċi li jistgħu jintużaw biss b’mod limitat, dejjem jekk ir - rekwiżiti skont l - Artikolu 3(k) tal -PSD2 u dawn il- Linji Gwida jkunu sodisfatti.

5.2. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li fil - każijiet fejn il - fornituri ta’ servizz ta’ pagament jew l - emittenti ta’ flus elettroniċi jipprovdu wkoll servizzi skont l - Artikolu 3(k) tal - PSD2, dawn l-entitajiet jiddistingwu s- servizzi ta’ pagament regolat/flus elettroniċi mis - servizzi esklużi skont l - Artikolu 3(k) tal - PSD2 b’mod ċar u faċilment rikonoxxibbli, inkluż permezz tal - forniment ta’ manifestazzjoni viżiva speċifika.

5.3. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l - fornituri ta’ servizzi ta’ pagament u l - emittenti ta’ flus elettroniċi jinfurmaw lill -utent bl- istrument ta’ pagament speċifiku b’mod sempliċi u ċar li s - servizzi provduti mhumiex regolati u sorveljati, u li l - utenti ma jibbenefikawx minn protezzjoni għall -utenti tas- servizzi ta’ pagament skont PSD2.

5.4. Meta matul il - valutazzjoni tan - notifika msemmija fl - Artikolu 37(2) tal -PSD2, l- awtorità kompetenti tasal għall - konklużjoni li

  • a) d- distinzjoni bejn is - servizzi ta’ pagament regolat u/jew il - flus elettroniċi u s - servizzi esklużi skont l - Artikolu 3(k) tal - PSD2 mhijiex ċara jew xierqa biżżejjed, inkluża t - trasparenza tal - komunikazzjoni mal -utenti tal- istrument ta’ pagament speċifiku st abbilit fil -Linji Gwida 5.2 u 5.3, u/jew
  • b) is- servizzi esklużi skont l - Artikolu 3(k) tal - PSD2 x’aktarx jagħmlu ħsara jew lis - solidità finanzjarja tal - fornitur ta’ servizz ta’ pagament/l - emittent tal - flus elettroniċi jew lill- abbiltà tal - awtorità kompetenti li timmonitorja l - konformità mar - rekwiżiti legali f’PSD2 u/jew EMD2,

l- awtorità kompetenti għandha tieħu azzjonijiet superviżorji kif meħtieġ.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/