+7. Aggregazzjoni ta’ data mill - awtoritajiet kompetenti
---+38. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jaggregaw id - data miġbura fi ħdan l - Istat Membru …
---+39. Il - persuni li jaqilgħu pagi għoljin għandhom jiġu aggregati wkoll għal kull kategorija ta’ …
---+40. Qabel l - aggregazzjoni tad - data , l - awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk …
---+41. Meta jkun hemm aktar minn awtorità kompetenti waħda, eż. waħda responsabbli mis - superviżjoni …
|
7. Aggregazzjoni ta’ data mill - awtoritajiet kompetenti
7. Aggregazzjoni ta’ data mill - awtoritajiet kompetenti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
38. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jaggregaw id - data miġbura fi ħdan l - Istat Membru …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jaggregaw id - data miġbura fi ħdan l - Istat Membru tagħhom minn ditti separatament għall - persuni li jaqilgħu pagi għoljin li ġew irrappurtati bl - Anness I u għall - persuni li jaqilgħu pagi għoljin li ġew irrappurtati bl - Anness II.
|
|
39. Il - persuni li jaqilgħu pagi għoljin għandhom jiġu aggregati wkoll għal kull kategorija ta’ …
|
Il - persuni li jaqilgħu pagi għoljin għandhom jiġu aggregati wkoll għal kull kategorija ta’ pagamenti f’konformità mal - Artikolu 75(3) tar - Regolament (UE) 575/2013 u mal - Artikoli 34(4) tar - Regolament (UE) 2019/2033.
|
|
40. Qabel l - aggregazzjoni tad - data , l - awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk …
|
Qabel l - aggregazzjoni tad - data , l - awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk ditti inklużi fil - kamp ta’ applikazzjoni tal - ġbir tad - data fis - Sottotaqsima 1.1 u 1.2 biss irrappurtawx id - data . Id - data sottomessa minn ditti oħrajn (eż. ditta tal - investiment żgħira u mhux interkonnessa) li għalihom ma japplikawx il - Linji Gwida, ma għandhiex titqies meta tiġi aggregata d - data .
|
|
41. Meta jkun hemm aktar minn awtorità kompetenti waħda, eż. waħda responsabbli mis - superviżjoni …
|
Meta jkun hemm aktar minn awtorità kompetenti waħda, eż. waħda responsabbli mis - superviżjoni prudenzjali tal - istituzzjonijiet u oħra mid - ditti tal - investiment, fi Stat Membru jew fejn ir - responsabbiltà għas - superviżjoni tkun kondiviża mal - Bank Ċentrali Ewropew, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jikkoordinaw il - ġbir tad - data bejniethom u jipprovdu lil xulxin id - data u l - informazzjoni meħtieġa biex jiżguraw li sett wieħed biss ta’ data jinġabar u jiġi rrappurtat lill - EBA għal dak l - Istat Membru u li l - persuni individwali li jaqilgħu pagi għoljin ma jiġux inklużi diversi drabi fil - ġbir tad - data . Għandu jkun hemm biss sottomissjoni waħda tal - Anness I aggregat u sottomissjoni waħda tal - Anness II aggregat għal kull Stat Membru.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|